Festa Madonna tar-Ruzarju
ta' Fatima

MESSAGG MILL-ARCISQOF

 

Meta Sidna Gesu' Kristu kien fostna fuq l-art gie bhala l-Verb, il-Kelma t'Alla, ried iwassal messagg, u uza dak kollu li kien hemm f'dak iz-zmien biex iwassal il-messagg. Kellu fommu biex jippriedka, kellu riglejh biex imur minn post ghall-iehor biex jippriedka lil diversi nies.

Izda hu ried li jkun hemm hafna nies ohra li jisimghu l-Kelma. Ghalhekk beda jaghzel xi nies madwaru, rawwimhom biex huma jkunu jistghu jkomplu fejn kien se jhalli hu meta jsallbuh. U ghalhekk il-Kelma baqghet tixtered bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu.

Izda l-Ispirtu s-Santu ghazel lil xi whud biex jiktbu wkoll il-Kelma halli tkun tista' tghaddi ghal generazzjonijiet ohra. Dawn huma l-Evangelisti u kittieba ohra.

Meta gie San Duminku fit-XIII il-seklu, kien ukoll imsahhar mill-Kelma u ghamel l-istess passi ta' Sidna Gesu' Kristu fi zmienu. Mar kullimkien jippriedka personalment il-Kelma, ghamel Ordni Religjuz biex iwassal il-Kelma bil-Predikazzjoni, u ghalkemm hu personalment ma nafux li kiteb hafna, fost il-membri tal-Ordni tieghu, kien hemm hafna li kitbu fuq il-Kelma ghall-generazzjonijiet ta' wara.

Illum ghandna l-internet, li permezz tieghu dan kollu jista' jsir b'hafna anqas sforz - bizzejjed ikun hemm computer u xi hadd li jaf ihaddmu - b'aktar effikacja : jolqot kull persuna li tuzah f'kull post u kull zmien wara li tigi ppublikata.

Jiena nixtieq nirringrazzja lil dawk li hasbu li jaghmlu dan il-website, li hadu f'idejhom din il-qawwa kbira li pprovditilna t-teknologija biex juzawha ghal skop religjuz.

M'hemm ghalfejn nghidu li biex tkun qawwija ukoll trid tkun immexxija minn persuni li ghandhom l-ispirtu ta' Missiena San Duminku : trid tintuza ovvjament biex ikun hemm avvizi, informazzjoni fuq il-Festa, izda trid tintuza wkoll biex dawk li jaqrawha jircievu wkoll materjal li jghinhom jikbru fl-gharfien u l-imhabba ghall-Kelma ta' Alla.

Hekk tkun website verament u totalment 'Dumnikana'.

 

Nibghat fuqkom il-Barka tieghi.             

                                                                                        

Merhba

Recent Photos

 

Merhba f'din is-sit

Dan is-sit huwa ghal dawk id-dilettanti tal-festi, specjalment dawk li ghandhom ghall-qalbhom il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju (Il-Madonna ta' Fatima).

Recent Videos

Upcoming Events

No upcoming events

Featured Products

No featured products

Recent Forum Posts

No recent posts