Festa Madonna tar-Ruzarju
ta' Fatima

 Messagg Dicembru 2009- Jannar 2010

 

Waslu l-granet tal-Milied. Fl-ahhar Hadd ta' Novembru il-Knisja Kattolika bdiet iz-Zmien tal-Avvent. F'dan iz-zmien il-Knisja Mqaddsa tistieden lill-insara kollha biex flimkien ma Ommna Marija, nghixu zmien ta' stennija, zmien illi jwassalna biex niccelebraw il-migja tas-Salvatur tagna. Ma Marija rridu nghixu zmien ta' stennija .... mhux ghax storikament Gesu' se jerga jitwieled, ghaliex it-twelid fiziku tieghu sehh darba, imma hija migja fil-hajja nisranija taghna, jew ahjar tigdid tal-prezena ta' Gesu' fil-hajja ta' kull wiehed u wahda minna. Marija ommna tghinna f'din l-istennija billi tfakkarna nghixu dan iz-zmien ta' tigdid spiritwali, li jrid jidher fil-mod ta' kif ahna ngibu ruhna ma Gesu' li jinsab f'kull persuna li maghha niltaqghu.

Fil-Milied Alla tana rigal kbir!!! Lill-Ibnu Gesu' li sar bnieden bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu u bl-'Iva' ta' Marija. Hija accettat il-pjan ta' Alla biex Hu setgha jsalva l-bnedmin kollha - bl-'Iva' taghna l-bnedmin, Gesu' jista jkompli jkun prezenti fid-dinja ta' llum. Kif jista' jkun dan? Dan jista' jsehh billi ahna l-bnedmin inkunu attenti u konxji ghall-bnedmin l-ohra ta' madwarna u ghall-bzonnijiet taghhom. Zgur li ghal dawn il-festi li gejjin ahna se naghtu diversi rigali ..... min jaf kieku naghtu rigali ohra lil nies li m'ghandhomx min jaghtihom rigali!!! Ejjew inferrhu nies li mhux se jpattulna lura, ghax m'ghandhomx minn fejn!! Inkunu attenti biex nies morda jew anzjani naraw x'ghandhom bzonn, forsi kultant m'ghandhom bzonn xejn u jkunu jridu ma min jghidu kelma. B'dan il-mod ahhna nkunu qieghdin nistennew lil Gesu' u naghmlu prezenti madwarna billi nhallu l-Kelma tieghu titwettaq f'hajjitna u nkunu ta' gid ghal hadiehor. Marija zgur se tghin lil dawk li jistennew u jwelldu lil Gesu' Binha f'hajjithom u fil-hajja ta' l-ohrajn.

Nibdew ukoll sena gdida, is-sena 2010. F'din is-sena bhala parrocca tal-Madonna ta' Fatima, se nfakkru l-mitt sena mit-twelid tal-Beata Gjacinta Marto, wahda mit-tfal ta' Fatima. Hija twieldet fis-sena 1910. Tkun haga sabiha li nkomplu nheggu lit-tfal taghna biex jimitaw lil dawn it-tfal ta' Fatima. Ghal din l-okkazzjoni l-Papa Benedittu XVI se jzur Fatima fit-12 u t-13 ta' Mejju li gej. Dak inhar infakkru id-93 sena mid-dehriet u l-10 snin mil-beatifikazzjoni ta' Frangisku u Gjacinta Marto.

Xieraq mela li nghidu grazzi lil Alla u lill-Ommna Marija ta' dan kollu, kif ukoll tas-sena 2009. Nitolbu halli ghas-sena l-gdida ahna nkomplu l-mixja taghna flimkien, u bl-ghajnuna ta' Gesu' u ta' Marija.

Awguri minn qalbna ghall-festi lil kulhadd

P. Michael M. Camilleri O.P. - Kappillan

Ottubru/Novembru 2009

 

Ottubru - ix-xahar tar-Ruzarju Mqaddes!!! Kif kulhadd jaf dan ix-xahar hu ddedikat lil kuruna tar-Ruzarju lil dik li tatna din it-talba ghaziza. Ahna mheggin biex nghidu r-ruzarju kuljum, izda f'Ottubru naghmlu aktar insistenza biex din it-talba li tatna l-Madonna nimmeditawha aktar. Tkun haga sabiha kieku fid-djar taghna terga tidhol id-drawwa li jinghad ir-ruzarju, ghalkemm naf b'xi familji anki zaghzagh li jghidu r-ruzarju flimkien. Tajjeb li nkomplu nheggu r-ruzarju f'hinijiet differenti qabel il-quddies, kif ukoll kif naghmlu kull nhar ta' Tlieta fix-xahar t'Ottubru nghiduh barra, f'postijiet differenti tal-parrocca taghna.

F'dan ix-xahar niccelebraw zewg festi tal-Madonna, wahda fis-7 t'Ottubru u l-ohra l-Ahhar Dehra gewwa Fatima. L-ewwel wahda ilha tigi ccelebrata mis-seklu 15, minhabba r-rebha tal-gwerra ta' Lepanto. Kien il-Papa Dumnikan San Piju V li istitwixxa din il-festa fil-Knisja Universali kollha. Kwazi fil-parrocci kollha ta' Malta u Ghawdex tigi ccelebrata fl-Ewwel Hadd t'Ottubru u ssir il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju.

Fit-13 t'Ottubru nfakkru l-Ahhar Dehra tal-Madonna gewwa Fatima lit-tlitt itfal ckejknin Lucija, Frangisku u Gjacinta. Din sehhet fl-1917, meta twettaq dak il-miraklu kbir tax-xemx. li wara xita qliel nixfet u xxuttat kollox, anki l-hwejjeg tan-nies li kienu jammontaw eluf kbar. Fost kollox, il-Madonna tinsisti biex nghidu r-ruzarju kuljum.

Nhar it-13 t'Ottubru ejjew ilkoll flimkien mas-sacerdoti u r-religjuzi ghall-pellegrinagg u l-quddiesa. Niltaqghu fis-5.45pm quddiem San Gorg Preca, sacerdot malti, biex flimkien nitolbu ghas-sacerdoti u l-vokazzjonijiet. Fis-6.00pm nimxu f'pellegrinagg sas-Santwarju Parrokkjlai taghna fejn fis-7.00pm tibda l-Quddiesa koncelebrata minn P. Amadeo Zammit O. Carm. Delegat tal-Arcisqof ghar-Religjuzi. Tkun haga sabiha li ahna li nhobbu l-Festa tal-Madonna ta' Fatima, ma nonqsux ghall-Ahhar Dehra!!! Il-festa trid tkompli ssir sabiha bina li niccelebraw bil-hajja nisranija u bl-imhabba taghna.

Hekk kif jispicca Ottubru, nibdew ix-xahar ta' Novembru - fl-ewwel niccelebraw il-Qaddisin kollha, jigifieri dik il-gemgha qaddisa li qieghdin ga fil-genna u li lilna ghandhom jimlewna bit-tama li xi darba nkunu maghhom. L-ghada niftakru fil-mejtin kollha. Ilkoll irridu mmutu u ghalhekk irridu nghixu hajja tajba biex ninghaqdu mal-Mulej u m'Ommna Marija fis-saltna tas-sema!!!

 P. Michael M. Camilleri - Kappillan

Messagg tal-Kappillan Lulju - Awissu - Settembru 2009

 

Tlitt xhur li ghandhom rabta qawwija mad-Dehriet tal-Madonna ta' Fatima. F'kull xahar hemm festa marjana li tintrabat u ssahhah il-messagg li taghtna Ommna Marija minn Cova da Iria fl-1917.

Fis-16 ta' Lulju nfakkru l-festa devota tal-Madonna tal-Karmnu - storja li grat fis-seklu 13, meta lil San Xmun Stock, Marija taghtu sinjal biex turih li hija dejjem lesta li tkun t'ghajnuna ghal min jilbes il-labtu taghha. Kif jaf kulhadd , il-labtu hu biss sinjal, ghax in-nisrani li jilbsu irid jilbes ukoll il-virtujiet ta' Marija, f'kelma wahda jrid jghix ta' nisrani tajjeb. Fit-13 t'Ottubru, deheret liebsa ta' karmelitana. Nahseb li dan jurina li barra t-tabla ghaziza tar-Ruzarju Mqaddes, Ommna Marija trid ukoll li jkollna l-libsa jew il-labtu taghha bhal ghajnuna u protezzjoni.

Fil-15 t'Awissu niccelebraw f'festa kmandata, it-Tlugh fis-sena bir-ruh u bil-gisem ta' Ommna Marija. Din il-festa antika marbuta ma tradizzjoni qawwija tal-Knisja Kattolika ghandha messagg car - li bhalma Marija mehlusa mid-dnub giet imtella' s-sema, hekk kull nisrani u nisranija jridu jikkonvertu u jinhelsu minn kull dnub, biex jidhlu fis-saltna tas-sema. It-tfal ta' Fatima jghidulna li Marija, is-Sinjura s-Sabiha kienet tinzel mis-sema u wara li kienet tkellimhom kienet titla ' fuq lejn is-sema pajjizha. Permezz tad-dehriet hija riedet twassal l-istess messagg tal-festa ta' l-Assunta, biex timliena bit-tama li jekk nikkonvertu lejn Kristu, is-sema jsir pajjizna wkoll.

Fil-15 ta' Settembru, nfakkru d-Duluri ta' Marija. M'hemmx ferh minghajr tbatija u m'hemmx qawmien ghall-hajja minghajr mewt, hekk kif jghallimna Kristu, u anki Marija li ssiehbet miieghu fil-mewt, fil-qawmien u fil-glorja. Din il-festa trid taghmlilna kuragg, b'mod specjali meta nkunu ghaddejjin minn xi sofferenza jew tbatija. Fl-ahhar dehra wkoll il-Madonna dehret bhala Duluri, biex taghmlilna kuragg u ma naqtghux qalbna.

Alla rregalalna lil Gesu', u Gesu' rregalalna lill-ommu biex tkun ommna - ejjew inharsu lejha, nitolbuha l-ghajnuna u nippruvaw nimitawha, halli maghha nsaltnu fis-sema pajjizna.

P. Michael M. Camilleri OP - Kappillan

Messagg tal-Kappillan - Mejju/Gunju 2009

 

MORNA TAJJEB!!!Kellna festa sabiha u devota!!! - Dawk kienu xi kummenti li smajt  wara li ghaddiet il-festa li kellna nhar il-Hadd 24 ta' Mejju. Jien ukoll nahseb li kienet festa sabiha, kwieta u nisranija. Dan kollu ma jeskludix il-fatt li kien hawn ftit nies...mhux minn barra r-rahal taghna, imma mill-lokalita' taghna stess. Jien nhoss li hawn apatija kbira fin-nies taghna. Fl-esperjenza tieghi bhala kappillan ghal dawn l-ahhar seba' snin u seba' xhur,jien nara li parti l-kbira tan-nies tal-parroccca ma taghti kaz ta xejn u ta hadd. Kulhadd lest li jgerger,jikkritika, u forsi jghidlek x'ghandek taghmel, jekk mhux jindahallek x'taghmel...u mbaghad kulhadd gallarija. Hawn ta' min japprezza bil-kbir lil min jaghti hafna minn hinu tul is-sena kollha,biex flimkien nahdmu ghall-parrocca taghna. Minn qalbi u f'isem kulhadd nghid GRAZZI lil kulmin jaghti sehemu fil-hidma tal-parrocca taghna.

Jien mhiniex se naqta qalbi QATT!!! Jien bi hsiebni nkompli nahdem ghall-gid ta kulhadd,imma mhux wahdi...irid l-ghajnuna u l-koperazzjoni ta' kulhadd, minghajr ebda distinzzjoni. Jekk ahna irridu nkunu familja wahda, kulhadd irid jaghti sehemu, minn ftit min hafna, ghall-gid tal-familja parrokkjali kollha. Wahedna ma naghmlu xejn - ghalhekk ghandna bzonn l-ghajnuna, mhux biss ta' xulxiin, imma fuq kollox ta' Alla u ta' Ommna Marija ta' Fatima.

Huwa ferm importanti linkomplu nikbru fil-hajja nisranija taghna, u fil-parrocca irridu nkomplu nikbru fid-devozzjoni tar-Ruzarju u l-Ewkaristija. Tajjeb li nkomplu nheggu u nippromwovu d-Dehriet ta' Fatima, u l-hajja qaddisa tat-Tlitt itfal ta' Fatima. Issa li ghandna rigal iehor minn ghand Ommna Marija - il-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI PERPETWA - ilkoll kemm ahna irridu nsibu hin biex noqghodu fil-prezenza ta' Gesu' Ewkaristija. Gesu' jkun jistenniena mhux ghax ghandu bzonn lil xi hadd, imma ghall-gid taghna stess!!! Inqumu, niccaqqalqu u nxammru l-kmiem halli l-komunita' parrokkjali timxi aktar 'il quddiem, u permezz ta' Marija ninghaqdu aktar bejnietna u ma Gesu'!!!

F'Gunju ghandna tlitt festi ta' l-Ewkaristija -

(I) Nhar il-Gimgha 05 ta' Gunju - Festa tal-Qalb ta' Gesu' fil-Knisja tad-Duluri -  Gurnata Adorazzjoni u quddiesa fis-6.00p.m.

(II) Nhar il-Hamis 11 ta' Gunju - Festa ta' Corpus fis-Santwarju-Parrokjali - fis-6.30p.m. Quddiesa u Purcissjoni Ewkaristika, li se tghaddi minn dawn il-Toroq: S.Monika, Hookham Frere,Telghet G'Mangia, Duluri, S.Monika u tidhol lura fis -Santwarju-Parrokjali.

(III) Nhar il-Gimgha 19 ta' Gunju - Festa tal-Qalb ta' Gesu' fil-Knisja ta' l-Orsolini - gurnata adorazzjoni, fis-6.30p.m. Quddiesa u Purcissjoni Ewkaristika li tghaddi minn dawn it-Toroq: Orsolini, Guze Ellul, S.Girgor, Hookham Frere, S.Monika, nidhlu fis-Santwarju-Parrokjali ghall-Barka, u nkomplu sal-Knisja tal-Orsolini.

Jalla nkomplu nahdmu id f'id, bil-protrzzjoni ta' Ommna Marija, li trid biss li naghmlu dak li jghidilna Gesu' Binha!!!

 

P. MICHAEL M. CAMILLERI O.P.                                                                                KAPPILLAN

 

Messagg tal-Kappillan - Frar/Marzu 2009

 

Tassew hadt gost meta talbuni nikteb messagg fil-website tal-Festa tal-Madonna ta' Fatima, il-festa tal-komunita' nisranija li fiha ahna nghixu. Xtaqt li nfakkru flimkien f'xi okkazzjonijiet li huma importanti ghalina bhala parrocca ta' G.Mangia.

L-ewwel : il-41 sena mit-twaqqif tal-parrocca taghna fl-1968. Nahseb dan ghandu jkun mument li jaghmlilna kuragg li bhala parrocca nkomplu nikbru, mhux billi naghmlu festa biss, imma hu mument li jfakkarna li rcevejna hafna rigali sbieh minghand ta' qabilna u issa ahna rridu nkomplu nikbru fil-hajja nisranija, u ahna nitrazmettu l-fidi lill-uliedna u lill-ulied uliedna. Inkomplu nharsu 'l quddiem bhala komunita' nisranija, mhux wara d-duhhan, imma wara Kristu Gesu'. Hija Marija li se tkompli tghinna fil-mixja taghna, wara Binha Gesu', u ghalhekk naghmlulha festa, ghax hija l-patruna taghna. Hija weghditna li tressaqna u twassalna ghandu.

It-tieni : ir-4 anniversarju mill-mewt ta' Sr. Lucija dos Santos, li kif kulhadd jaf hija l-ahhar wahda mit-tfal li dehrietilhom il-Madonna gewwa Fatima. Is-sena l-ohra l-Papa Benedittu XVI ta l-permess biex jibda l-process halli hija wkoll tigi ddikjarata l-ewwel beata u mbaghad qaddisa. Nixtieq kieku ahna bhala parrocca nsiru nafu aktar dwar it-tfal ta' Fatima.

It-tielet : il-Gimgha 20 ta' Frar fil-Knisja kollha ssir it-tifkira taz-zewgt itfal l-ohra, l-ahwa Frangisku u Gjacinta Marto. Infakkru wkoll li din is-sena qeghdin infakkru l-100 sena mit-twelid ta' Frangisku Marto. Fil-fatt dawn it-tnejn, kif kienet qaltilhom il-Madonna f'wahda mid-dehriet, kellhom jimirdu zghar u jmutu, imma Lucija kellha tibqa fid-dinja biex tkompli twassal il-messagg ta' Ommna Marija lid-dinja kollha. Xieraq li ahna bhala parrocca niccelebraw il-festa lil dawn l-ewwel tfal li gew iddikjarata beati fis-sena 2000. Fis-Santwarju Parrokkjali taghna naghmlu quddiesa ghat-tfal kollha, biex nuru li anki t-tfal jistghu jsiru qaddisin. Nistiednu lill-genituri halli jghinnu aktar lit-tfal taghhom u jaghtuhom formazzjoni u ezempji tajbin.

Ir-raba' : fil-25 ta' Frar nibdew iz-zmien qaddis tar-Randan - zmien fejn ahna bhala komunita' nisranija nidhlu dahla fina nfusna u mill-gdid b'hegga gdida nkomplu l-mixja tal-konverzjoni taghna lejn il-Mulej, l-Iben ta' Marija.

Ejjew flimkien nghixu dawn l-okkazzjonijiet, izda fuq kollox nimxu flimkien fit-triq tas-salib tal-Mulej, biex flimkien mieghu inqumu ghall-hajja gdida.

 

P. Michael M. Camilleri O.P. - Kappillan

Merhba

Recent Photos

 

Merhba f'din is-sit

Dan is-sit huwa ghal dawk id-dilettanti tal-festi, specjalment dawk li ghandhom ghall-qalbhom il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju (Il-Madonna ta' Fatima).

Recent Videos

Upcoming Events

No upcoming events

Featured Products

No featured products

Recent Forum Posts

No recent posts