Facli nittimbraw lil xi hadd, nghaddu gudizzju. Dan jghodd ghal kull wiehed u wahda minna. Ilkoll nghaddu minn dan l-istadju xi darba jew ohra. Jista kun ghax ninsew li ahna xbieha ta' Alla, li Alla, bhalma nsibu fil-Genesi, halaqna fuq sura u xbieha tieghU. U allura ahna m'ghandna ebda dritt iggudikaw bhalma ahna m'ghandniex nigu ggudikati.Pero', jekk dan isir fuqna, xorta ma jiggustifikax li naghmluha fuq l-ohrajn.
madanakollu, ix-xhur tas-sena wkoll ghandhom it-timbru taghhom. Novembru hu xahar abbonat mal-mejtin. waqt li hu gust li niftakru f'dawk illi telqu qabilna, pero' ma nistghux nieqfu hemm. Ahna msejjhin biex inkunu qaddisin. il-festa li biha jibda x-xahar ta' Novembru. KOLLHA kemm ahna ghandna din is-sejha u KOLLHA nafu kif nistghu nhejju ghaliha minn hawn.
fl-istess hin, fl-ahhar jiem ta' Novembru jibda z-zmien ta' l-Avvent. zmien ta' thejjija ghall-migja ta' Gesu' fostna bhala bniedem, zmien li forsi d-dinja serqitulna bil-materjalizmu imma dejjem hemm sejha tkompli tidwi li nkunu dawl fuq muntanja.
Dawl .... ghalina u ghal haddiehor biex inhejju ghal Gesu' li sejjhilna biex inkunu Qaddisin.
Sliem
Anthony Fitzpatrick - Seminarista.
Jinghad li ragel beda jinnota li martu bdiet taqta lura fis-smiegh. Xtaq jghinha u ghalhekk mar kellem lit-tabib. It-tabib ried ikun jaf kemm mhix tisma' u ssuggerilu jaghmlilha check up zghir. Imur 40 pied il boghod u jkellimha u dejjem javvicina 10 piedi. Beda dakinhar stess filghaxija...kkalkula sew u mar..."X'ser nieklu tajjeb illejla qalbi? - Xejn, l-ebda twegiba. Avvicina 10 piedi u rega...
"X'ser nieklu tajjeb illejla qalbi? - Xejn, l-ebda twegiba lanqas din id-darba. Avvicina 10 piedi ohra, u ohra sakemm wasal wara widnejha..."Mary ta' qalbi, x'ser nieklu tajjeb illejla?! - "Joe hi, ha nghidlek ghal 5 darba - ross il-forn". Joe inhasad minn gewwa u apparti n-nuqqas ta' smiegh kien ser izidlu xi haga ohra...
Ahna wkoll fil-hajja taghna...dak ma jismax, l-iehor traskurat, dak ma jaghtix kazi, dik kemm hi zatat. Id-dinja kollha marida hlief jien. Ghax dak iqabbizili, ghax il-mara ggelghni u allura lista shiha ta' nuqqasijiet tort ta' kulhadd hlief tieghi.
Fejn jien ma' Alla? Fejn jien ma' huti li flimkien niffurmaw din il-komunita? Kemm jien sensittiva ghall-bzonnijiet ta' l-ohrajn aktar milli seksiek? Kemm nikkalkula ma' Alla u man-nies.
L-Ezami tal-kuxjenza mhux tajjeb biss ghar-Randan imma ghal kuljum. Nibda minni, u nasal ninduna qabel immur ghand it-tabib nsaqsih kif nghin lil haddiehor.
Marija Ommna tghinna wkoll.
Anthony Fitzpatrick - Seminarista
Morna l-bahar!
Hu normali hafna li tmur sal-bahar...ghala le? Fis-shana li qed taghmel ikollok aptit tmur il-bahar u tibqa' hemm...almenu sakemm jghaddi s-Sajf! L-aghar haga hi jekk immorru l-bahar is-sena kollha ghax facli nahseb tlaqqat xi bronkite, tkun il-bahar f'Dicembru jew Jannar...
Pero sfortunatament hafna minna marru u ghadhom imorru l-bahar is-sena kollha...laqqtu bronkite u ma ndunawx ghaliex draw bih, gew ihossuhom normali.
Tmur il-bahar kull darba li taqbizlek u tidghi xi wahda...
Tmur il-bahar kull darba li tara mara/ragel anke jekk ikun ta' haddiehor u ghajnejk jigru bik...
Tmur il-bahar meta fuq punt ghadek miggieled mal-familja jew mal-hbieb...
Tmur il-bahar meta fuq kwistjoni ta' partiti jew fehmiet differenti jehel kulhadd mieghek...
Tmur il-bahar meta int Kattoliku u l-quddies tal-Hadd insejt x'inhi...
Tmur il-bahar meta tiddetta x'ghandu jaghmel il-Kappillan, x'ghandhom jaghmlu l-qassisin imma int gallarija...
Tmur il-bahar meta ghax vaganzi tilbes, tmur u taghmel li jiftillek...
Nistghu nzidu lista shiha...u tkun tmur il-bahar is-sena kollha, u tidra bil-bronkite.
Fix-xemx li qed taghmel mhux tajjeb tmur il-bahar f'certu hinijiet...pero b'dawn l-atteggjamenti nawguralek li ma tmur qatt! Sadattant jekk mort il-bahar taqtghax qalbek, dejjem hemm rimedju...tabbuzax bih imma thallix ix-xitan jaqtghalek qalbek...li tirrikoncilja ma' Alla u mal-Knisja bi qrara mhux dghjufija imma rgulija...
Sliem!
'Il Quddiem
Il-Festa giet u ghaddiet u grazzi ghal webmaster segwejt sew mill-Albanija l-festa tal-Parrocca taghna.
Nista nghid li minn dak li rajt, jien sodisfatt - sodisfatt ghall-maturita murija fil-festa ta' din is-sena - fis-sens li anke jekk inqabblu l-guestbook ma snin li ghaddew il-kummenti kienu civili u maturi. Il-piki jaqtghu l-aptiti jghid il-Malti u ejja nkunu onesti, ghandna festa zghira pero helwa u mzejjna b'diversi affarijiet bhalma ghandhom ukoll festi ohra. Piki u glied igibu biss inkwiet ghal min imexxi u jbieghed lin-nies apparti li ma jurix li qed tigi ccelebrata festa f'gieh Ommna Marija.
Prosit li ergajtu hadtu l-inizjattiva u fil-festa ferrahtu lil haddiehor - zgur li dik hi l-vera festa. L-ebda banda, l-ebda progett ma jferrah il-qalb ta' Ommna Marija jekk maghhom ma naghmlux ukoll inizjattivi bhalma ghamlet u ghallmet Ommna Marija.
Il-festa ghaddiet u qed terga tibda l-hidma - ejjew nahdmu lkoll biex nibqghu vicin Ommna Marija u vicin ta' xulxin. Nibqghu vicin ta' Ommna Marija fl-ghajnuna li naghtu lil xulxin u li niehdu hsieb ninviztaw lilha u lil Binha Gesu' issa li ghandna anke kappella ta' l-Adorazzjoni - niehdu hsieb li nirfsu l-ghatba tal-Knisja.
Sliem!
Hekk jghid ir-ritornell ta' l-innu marc tal-festa. Hekk jigi kantat minn dawk li jingabru f'dawn il-jiem mal-baned mistiedna fil-festa. Pero wiehed x'jifhem meta jkanta hekk?
Nistghu nirreferu ghas-Santwarju Parrokjali, mzejjen sabih ghal dawn il-jiem bhalma jkun mzejjen fi granet ohra. Nistghu nifhmu ghat-toroq armati b'pavaljuni u bandalori. Nistghu nifhmu ghall-funzjonijiet religjuzi li jsiru fil-Knisja. Nistghu nirreferu wkoll ghall-marcijiet, loghob tan-nar, waterfall... Kulhadd jista' jifhem dak li jixtieq.
"Urejna car kemm ahna kbar!"
Pero huwa dak l-ispirtu tal-festa? Huwa biss il-ftahir ta' xenxilli li minkejja xhur ta' hidma mid-dilettanti, jekk nieqfu fuq dawn biss, itir mar-rih.
Xi spirtu hu ta' festa jekk fil-granet tat-Tridu, lejlet il-festa u nhar il-festa il-Knisja ma tkunx mimlija? Niftakru li l-festa hi l-ewwel u qabel kollox festa spiritwali, festa li TIBDA gewwa u TKOMPLI barra - it-tnejn flimkien. Jekk nieqfu fuq ta' barra biss, x'differenza jkun hemm minn xi lejla maltija?
"Urejna car kemm ahna kbar!"
Li turi kemm int kbir jigi determinat ukoll minn servizz, minn ghotja. Snin ilu, kien jigi organizzat l-ghoti tad-demm f'dawn il-jiem sbieh, fil-bank tad--l-demm li wkoll jaghmel parti mill-Parrocca taghna. Is-sena l-ohra giet moghtija ghotja ta' ghajnuna bhala parti mill-festa. Nuru li ahna kbar, jekk iva, naghtu u naqsmu l-ferh ma' min ma jistax jaqsam dan il-ferh maghna.
"Urejna car kemm ahna kbar!"
J'Alla inkunu kapaci nghidu din il-frazi wara li tispicca l-festa. Nghiduha ghaliex:
1. Inkunu attendejna ghall-funzjonijiet fil-Knisja.
2. Inkunu ersaqna lejn il-Qrar u t-Tqarbin biex il-festa tkun kompluta.
3. Inkunu ghinna lil min kien fil-bzonn.
4. Inkunu urejna apprezzament ta' vera lil min jahdem ghal dawn il-jiem.
5. Nghiduha wkoll ghaliex dak li nkunu hadna, inkunu kapaci ninvestuh fil-hajja taghna fiz-zmien li jigi wara.
Awguri
Mill-qalb, ghalkemm mill boghod l-isbah awguri ghal festa sabiha u qaddisa. Il boghod fid-distanza vera, pero Ommna Marija, tghaqqadna lkoll. Mill-Albanija, bi kliem dan il-poplu nawguralkom Gezuàr! - Awguri!
Anthony Fitzpatrick - Seminarista
Membri shah jew nofs kedda?
Ghadhom kemm ghaddew il-festi ta' l-Ghid. Fl-Albanija ghixna tassew l-Ghid. Fil-Parrocca fejn qieghed ma' l-Isqof George, kellna 52 maghmudija, apparti li bhalma qalilna n-Nunzju Appostoliku t'hawn, fl-Amerika, 150,000 ruh inghaqdu mal-Knisja Kattolika f'dan l-Ghid.
Ahna ghandna ghax inroddu hajr lil Alla li sa minn eta' zghira lill-maggoranza kbira taghna, irregalalna, permezz tal-genituri u l-parrini taghna dan id-don sabih tal-fidi. Ghaliex galadarba riedu jaghtuna l-ahjar, tawna wkoll il-maghmudija.
Imma fil-verita, kemm ahna xhieda? Kemm ahna membri shah tal-Knisja? Jew sempliciment ghar-registru? Jekk int genitur, ghalfejn trid tghammed lil uliedek? X'qed tghaddilhom?
Forsi vera fl-Albanija ir-religjon Kattolika hi fil-minoranza pero l-esperjenza li qed nghix hi ta' nies konvinti. Forsi ghax huma jew l-antenati taghhom batew biex salvaw il-fidi?
Din l-esperjenza f'din l-art qed tiswieli hafna. Qed nitghallem hafna. Kemm hu ta' sodisfazzjon meta taghti bicca hobz lil xi hadd u jaghtik tbissima sinciera? Vera li hawn faqar materjali imma rikkezzi spiritwali u umani kbar hafna.
Matul il-jiem li ghaddew kien hawn fostna l-Maltin, fosthom Miss Doris...kollha nafuha. Tista tghidilkom hi wkoll l-imhabba li jafu jaghtu dawn in-nies.
Ftit granet ilu mort f'rahal xi 45 minuta l boghod minn hawn bil-karozza. Dawn nies li biex jaslu fid-"djar" taghhom iridu jixxabtu ma gholja bil-hamrija. Nies li joqghodu taht saqaf tal-hadid imtaqqab, ffrizat fix-Xitwa u jikwi fis-Sajf. P. Gorg, kif nafuh ahna, jipprova ta l-anqas jaghmlilhom soqfa li ma jeghrqux max-xita, bizzejjed it-triq hi kollha tajn. Huwa patri li jhoss il-polz tal-poplu u ma jafx x'igifieri izomm ghalih bla ma jaqsam. Tara l-flus li jaqla' jinvestihom b'mod tajjeb hafna. Tara kemm ahna obbligati nghinu lil dan l-ex Kappillan taghna mill-ahjar li nistghu.
Dawn in-nies, li m'ghandhom xejn, iridu joffrulek tmur ghandhom tiehu xi haga.
Qed niehu xhieda ta' l-ewwel komunita nisranija li kienu jaqsmu kollox. Dawn membri shah!
Nahseb li bhalissa l-arbli telghu, l-hbula bdew jintramaw...qed thejju ghall-festa! X'festa hi? Tghidlix li tal-Madonna ta' Fatima...s'hemm nasal. Il-Festa li ser ticcelebra int, trid tkun kontinwazzjoni ta' dak li ticcelebra fil-laqgha tieghek mal-Mulej...Inkella jew festa nofs kedda jew mhi festa xejn!
Nieqaf hawn. Ninsabu l boghod fid-distanza imma vicin hafna fl-Ispirtu. Qeghdin f'talbi.
Fit-talb taghkom ukoll ftakru fina...ftakru fl-Isqof (Patri) Gorg...kemm ahna xxurtjati li kellna lilu u lill-Arcisqof Cremona (P.Pawl) Kappillani taghna...x'rikkezzi spiritwali tawna.
Mill-qalb l-isbah awguri...li nkunu lkoll Komunita Parrokjali Shiha fil-Parrocca ta' G'Mangia, flimkien mal-Kappillan li Alla, permezz tas-Superjuri, ghazlu biex imexxina.
Sliem!
Anthony Fitzpatrick
I
Insellmilkom mill-Albanija! Kien il-hsieb tieghi li naqsam maghkom dan il-hsieb hekk kif ghandi cans nikteb kelmtejn.
m'ilniex wisq li wasalt hawn pero' ssahhrek immens l-ospitalita' li jaf juri dan il-poplu. Hija karatteristika li bhala poplu konna maghrufin ghaliha, pero' hawnhekk din tispikka hafna aktar.
Tajjeb li nistaqsu, ahna bhala poplu jekk ahniex naqtghu 'l ura. Pero' ejja nahsbu globalment u nagixxu lokalment. Fil-lokalita' taghna, fil-parrocca taghna, kemm qed inkunu ospitabbli ma xulxin?
Gesu' stess qalilna li dak kollu li naghmlu ma l-izghar wiehed inkunu qed naghmluh mieghU. F'dan iz-zmien tar-Randan nissuggerilek taqra l-Kapitlu 25 ta' l-Evangelju ta' San Mattew u ccekkja ftit fejn int.
Jien se naqrah ukoll ...... int x'se taghmel?
Inutli nhambqu fuq il-festa, inutli nahdmu jew ingorru ghal min jahdem jew ma jahdimx, inutli nibqghu naraw haddiehor x'jaghmel jew x'ma jaghmilx jekk ma nharsux harsa lejna nfusna u nibdew ahna!
Anthony Fitzpatrick
Kisha Katedrale Shen Pali, Bulevardi Zhan D'Ark, Tirana, Albanija.
Tel : (00355)693786597
Qeghdin niccelebraw il-festa tal-Beati Frangisku u Gjacinta. Qeghdin niccelebraw festa lil zewgt itfal li kif jghidilna l-ktieb ta’ l-Gherf fil-Bibbja, fi zmien qasir lehqu l-milja tal-hajja taghhom.
Ahna lkoll qed nghixu ghall-istess ghan. L-ghan ahhari ta’ l-anqas ghalina l-insara hu li fl-ahhar tal-hajja taghna, nilhqu l-milja ta’ dak li nkunu ghixna ghalih meta flimkien ma’ Ommna Marija mmorru ngawdu lil Alla ghal dejjem.
Pero dan mhux xi haga awtomatika? X’qeghdin naghmlu biex naslu ghal dan il-mument? Mhix xi haga awtomatika !
Ommna Marija gewwa Fatima tkellmet kemm il-darba fuq it-talb u fuq il-penitenza. Meta Ommna Marija giet mistoqsija jekk Frangisku hux sejjer il-genna, Ommna Marija wiegbet li jrid jghid hafna ruzarju, irid jitlob hafna.
Nafu kemm it-tlett itfal gew ittorturati, kemm batew. Nafu l-martirju li ghaddew sahansitra fil-jum propju tad-dehra ta’ Awissu meta kienu l-habs. Pero ma cedewx. It-talb u l-penitenza huma l-armi biex inkomplu mexjin. Fil-hajja taghna jista jkun li sirna wisq ‘soft’, nibzghu mit-tbatija, nibzghu mill-kelma sagrificcju u minflok naraw kif ser nehilsu mill-problema. Nibzghu inhejju ruhna imma nilqghu ghal meta jinqala l-ghawg. Il-gimgha d-diehla nibdew anke z-zmien qaddis tar-Randan. Il-festa tal-Beati Frangisku u Gjacinta jaghtuna spinta biex nghixu dan iz-zmien b’fiducja kbira. Fi zmien meta d-dinja ghaddejja minn taqlib kbir, ix-xhieda tal-hajja nisranija taghna trid tkun aktar awtentika. Ma nibzghux inkunu nsara. Lucija, Gjacinta u Frangisku ma bezghux ikunu nsara. Ghandna mudell sabih fuq min nimxu jekk tassew irridu nkunu denji li nissejhu Ulied Ommna Marija. Anthony Fitzpatrick - Seminarista
Jinghad li grupp ta’ haddiema kienu qed jongru xi gebel. Wiehed mill-imghallmin kien qed idur maghhom jistaqsihom x’inhuma jaghmlu.
L-ewwel haddiem qallu li qed jongor il-gebel, xoghol li kien ilu jaghmel ghal snin twal…dejjem l-istess monotonija.
Haddiem iehor gie mistoqsi l-istess mistoqsija. It-twegiba kienet li qed jibni kattidral. Kellu vizjoni!!!
Li taghmel vjagg hu importanti li tkun taf minn fejn bdejt u fejn ser tispicca. Ikollok vizjoni, u mhux titlaq ghal rihek tmur fejn jonfoh ir-rih.
Bhala nsara ahna wkoll qeghdin fi vjagg, vjagg li beda ghax rawwmuna hekk il-genituri taghna u dawk li hadu hsiebna. Pero hu vjagg li jkompli biss jekk irridu ahna u jekk naghzlu ahna. Il-mixja taghna hi bhal tat-tieni haddiem, destinazzjoni tkun is-sema pajjizna u mhux nosservaw il-hajja nisranija ghax hemm sens ta’ bizgha.
Fl-ittra pastorali ghar-Randan li ghadna kemm bdejna, l-Isqfijiet taghna fakkruna li “n-nisrani vera ma jikkuntentax ruhu bil-ftit jew bl-anqas, imma jimpenja ruhu bis-shih f’din il-mixja wara Kristu flimkien mal-Knisja.” Dan hu l-vjagg li jien u int mistiedna u mistennija naghmlu.
Il-Frazi ‘ma Kristu iva imma mal-Knisja le’ hi frazi li nisimghuha ta’ spiss. Hi frazi li allura thallina nraqqdu l-kuxjenza taghna jekk ma hix iffurmata tajjeb u naghmlu dak li jidhrilna li hu tajjeb. Din tista tkun wahda mill-kawzi tan-nuqqas ta’ attendenza ghall-Quddies tal-Hadd u nuqqas ta’ nies li jersqu lejn is-Sagrament tal-Qrar u madankollu jircievu l-Ewkaristija. Anke fuq dan l-aspett l-Isqfijiet ifakkruna u jhegguna ghas-sehem taghna fil-Quddiesa tal-Hadd.
It-tentazzjoni tkun li nghidu li minkejja li nimxu wara Kristu xorta niltaqghu mal-kuntrarju. Pero bhala nsara u bhala nies mexjin wara Kristu u Ommna Marija, nafu li t-tbatija qatt ma kienet nieqsa mill-hajja ta’ Gesu’ u Marija. Bizzejjed niftakru li d-Duluri ta’ Marija mhix biss il-festa li niccelebraw u l-pellegrinagg li jsir imma tul hajjitha ltaqghet ma hafna mrar. U allura anke ahna ghandna ma min nidentifikaw irwiehna u nitolbuha li tintercedi ghalina.
Qeghdin nghixu f’kultura fejn hafna affarijiet donnhom saru permessi u l-liberta’ saret libertinagg. Ma jimpurtax xi kultant li nwegga’ lil haddiehor. Ma jimpurtax li min m’ghandux lehen inkompli ndghajjfu. Qed nghixu f’socjeta fejn kull ma jghid l-Isqof jew xi awtorita f’isem il-Knisja issib diversi li immedjatament jikkritikaw. Dan facli jaqtghalna qalbna li nkunu xhieda. Imma din hi stedina ta’ impenn u xhieda.
L-Isqfijiet regghu tennew fil-pastorali taghhom: “Ahna nistiednu lil kulhadd biex nimxu fuq l-ezempju ta’ l-Appostlu Missierna (San Pawl) u fuq it-twissijiet tieghu biex bil-hajja taghna nwasslu messagg lill-kultura ta’ zmienna li t-taghlim ta’ Kristu bil-valuri tieghu huwa t-triq li twassal ghall-harsien tassew tal-gid komuni fejn kulhadd jista jasal biex hajtu jkollha sens shih. M’ghandniex niddejqu u nibzghu li nkunu differenti minn haddiehor ghax ghandna messagg xi nwasslu ghall-gid ta’ kulhadd: il-messagg ta’ l-Evangelju…il-kultura ta’ zmienna jehtieg tifhem li r-relattivizmu li qed tipproponi mhu se jwassal imkien, mhux se jaghmel il-bniedem kuntent.
U allura dan hu l-vjagg li mistednin naghmlu. Mhux biss vjagg ghalina imma vjagg li bhala nsara naghmlu ghall-gid ta’ xulxin. Mistednin naghtu xhieda. Dan hu anke l-messagg li l-Isqfijiet qed jipproponulna f’dan iz-zmien qaddis tar-Randan bi thejjija ghall-misteru ta’ l-Ghid li ser niccelebraw.
Dan hu l-awguri tieghi.
Dan hu wkoll l-ahhar messagg tieghi f’din is-site qabel nitlaq ghal esperjenza missjunarja l-Albanija. Nittama li minn hemm ukoll jkolli l-opportunita naqsam xi hsibijiet maghkom.
Sliem!