Festa Madonna tar-Ruzarju
ta' Fatima

Zmien il-kontijiet u r-rezuluzzjonijiet

Resqin b'ritmu mghaggel lejn tmiem sena ohra u lejn bidu ta' sena gdida. Ghal hafna nies, tmiem is-sena jservi biex wiehed jaghmel il-kontijiet .... min finanzjarji, min tal-kuxjenza u aktar. Huwa wkoll zmien sinonimu mar-rezuluzzjonijiet u proponimenti ghas-sena li tkun se tibda.

Anki jekk dan kollu, ghalina d-dilettanti tal-festa, dan normalment naghmluh wara l-festa ta' kul sena, inhoss illi ma naghmlux hazin jekk nibdew nigbdu naqra kontijiet u naraw fejn ahna.

Ma nixtieqx illi nerggha niftah feriti, imma bilfors ikolli nghid illi l-kumitat prezenti, twieled fost hafna kontroversji u l-bidu kien verament iebes. Imma issa nistghu nghidu illi qbadna ritmu tajjeb hafna u ghalkemm ghad fadal problemi xi nsolvi, zgur illi mhux se naqtghu qalbna u qed nahdmu bil-qalb biex il-festa li gejja tilhaq livell tajjeb hafna.

Bhal dejjem, il-problema l-kbira hija l-gbir tal-finanzi imma anki hawn qed nahdmu u nistinkaw biex insolvu din il-problema... ghadna l-boghod biex nilhqu l-mira taghna, imma bil-mod il-mod, u bl-ghajnuna ta' kulhadd, nahseb illi ghandna naslu.

Nahseb illi bhala kumitat, ghandna ghalfejn inkunu sodisfatti bix-xoghol li ghamilna, minkejja l-maltemp illi kellna naffaccjaw.

Rezuluzzjonijiet - zgur li ahna determinati li nkompli nahdmu ghal din il-festa ghaziza ghalina. Zgur li ahna determinati li naghmlu festa tajba u sabiha f'Mejju li gej. Zgur li xejn mhu se jaqtalna qalbna ...... akkost ta' kollox.

Issa int li tqis ruhek dilettant tal-festa, jew thobb il-festa, jew kont taghti s-sehem tieghek ghall-festa, jew int li tista' tghin imma toqghod pass 'l ura...... lest li taghmel din l-istess rezuluzzjoni taghna? Ghandna bzonnok ... tibqax passiv.

D'din l-ahhar kitba ghal din is-sena, f'ismi u f'isem il-Kummissjoni Festa u l-helpers, nixtieq lin-nies ta' rieda tajba, il-festi t-tajba u j'Alla s-sena 2010 tkun wahda tajba ghalina lkoll.

Awguri u tislijiet

 

Novembru - Xahar importanti

 Iz-zmien ghaddej u qed igerbeb sewwa u dalwaqt nghidu li ghaddiet sena ohra.

Qbizna nofs Novembru u ghalina d-dilettanti tal-festa wasal zmien importanti hafna. Dan ghaliex wasal il-bazaar annwali li jsir b'risq il-festa taghna.

Nibda b'appell. Hbieb il-bazaar jirrikjedi hafna u hafna xoghol u hafna inpenn u sagrificcji. Qed nappellaw biex kull min jista' jaghti daqqa t'id ma joqghodtx lura. Il-preparamenti ilhom hafna li bdew u din is-sena se jkollna innovitajiet fosthom il-kids corner u f'xi granet se jkollna wkoll il-presenza tal-Father Christmas biex jittiehdu ritratti mieghu.

Biex taghmel bazaar ta' kwazi tlett gimghat ma jistax ikun illi nkunu l-erba' nies tas-soltu biss, imma nehtiegu l-ghajnuna. Dan il-bazaar sebbahhnieh u ghamilna t-tibdil illi kien hemm bzonn sabiex nippruvaw inzidu d-dhul minnhu, filwaqt illi zammejna l-livell gholi t'affarijiet illi se jinbieghu. Hbieb, naqra ghajnuna minn kulhadd tissarraf f'aktar success u sodifazzjon ukoll. Niftakru li l-festa fadlilha biss sitt xhur ohra u l-fondi x'jingabru mhumiex ftit.

Nerggha ntenni dak illi min jaf kemm -il darba diga' ghidtu u ktibtu. Huwa tajjeb illi jkollna minn jigi jaghti daqqa t'id fi zmien il-festa u anki wara l-festa, imma importanti ukoll illi jkollna numru mdaqqas ta' persuni illi jaghtu l-kontribut taghhom matul is-sena kollha, ghaliex is-success tal-festa trid tahdem ghalih is-Sena kollha u mhux fl-ahhar ftit gimghat biss.

Nirringrazzjaw minn issa lil dawk illi se joffru l-ghajnuna taghhom. Minn issa wkoll, nappella lil kulhadd biex nheggu lin-nies jattendu ghal dan il-bazaar, illi kif ghidt aktar 'l fuq se jkollna fih varjeta' t'affarjiet bi prezzijiet tajbin hafna.

Imbaghad, kif jispicca l-bazaar, nibdew nahsbu biex nibdew il-preparazzjoni ghat-tizjin tat-toroq ghall-festa, billi nduru l-ventijiet (din is-sena se jkollna nibdlu hafna ventijiet, specjalment fejn saru u qed isiru l-pavaljuni l-godda) u xoghol iehor relatat.Dan ix-xoghol hemm il-hsieb illi nibdew kmieni s-sena d-diehla.

Kif qed taraw xoghol hemm hafna .... nittama illi naraw il-hafna illi jaghtu daqqa t'id biex imbaghad, jekk Alla jrid, f'Mejju tas-sena d-dieha, is-sodisfazzjon illi nkunu ghamilna festa tajba jkun kbir hafna.

Insellem lil kulhadd.

Entuzjazmu u hidma vs apatija u kliem -                         27 ta' Settembru 2009

Issa diga’ dehlin fit-tielet xahar ta’ hidma bi preparazzjoni ghall-festa li gejja. Minn huwa direttament involut (u anki dawk illi jqisu lilhom infushom bhala dilettanti) jaf illi ghandna ghadma iebsa quddiemna u mhux lakemm issolvi l-problemi li ghandna.

Imma ghall-grazzja t’Alla u t’Omma Marija, irrid nghid illi kellna bidu inkoragganti hafna u li l-hidma li qed naghmlu bdiet taghti l-frott. Dan ma jfissirx illi kollox ward u zahar – xejn minn dan, imma l-affarijiet illi qed nippjanaw, specjalment l-affarijiet il-godda illi qed nintroducu bil-mod, ghandna feedback inkoragganti minnhom. Nerggha nghid ghad fadal lok ghal hafna aktar titjib u ghal dak qed nimmmiraw u ghal dak irridu naslu ghalih.

Fost l-affarijiet illi qed nintroducu nsibu n-newsletter illi biha qed inzommu kuntatt haj mal-parruccani u mad-dilettanti kollha. Il-festa mhux taghna biss, anzi ili-festa hija ta’ kull parruccan u ta’ kull dilettant u ghaldaqstant qed inzommu infurmat lil kulhadd b’dak li jkun ghaddej u qed naghtu rendikont kontinwu tal-hidma taghna.

Introducejna, wara bosta snin, it-tombla kull gimgha u anki din jidher illi bil-mod il-mod qed taqbad u anki rajna numru sabih ta’ nies godda illi attendew ghal attivita’ taghna ghall-ewwel darba. Ghadna l-boghod mill-mira taghna imma nemmen illi in-nies igibu n-nies u anki hawn nahseb illi n-numru ta’ persuni li jattendu ghad jikber. Bhala kumitat se nibqghu nahdmu u ninsistu li nkunu l-hin kollu qrib il-parruccani taghna halli nkissru dik l-apatija li sfortunatament kibret f’dawn l-ahhar snin, u dan mhux fir-rigward tal-festa biss. Mhux nistennew mirakli mill-bidu imma nemmen illi fuq medda ta’ xhur l-attendenza ghad tizdied mhux hazin sakemm nilhqu l-qofol fil-festa titulari.

Bhala progetti mexjin ukoll, anki jekk finanzjarjament m’ahniex f’xi pozizzjoni mill-aqwa. Apparti xoghol li diga’ ghaddej, qed nahdmu fuq dak il-progett illi issa ilu wisq fuq il-karti, jigifieri l-progett tat-triq tal-knisja. J’Alla nsibu l-ghajnuna biex nibdew u ma nieqfux qabel ma ntemmu dan il-progett. Ghalissa ma nistghu nwieghdu xejn fic-cert imma nahseb illi ghall-festa tas-sena li gejja se nkunu bdejna navanzaw fuq dan il-progett ukoll.

Kif qed taqraw, ahna qed nahdmu bla heda biex il-festa taghna tkun festa tajba u li tattira n-nies u dak se nkomplu nwettquh sa’ l-ahhar. Dawn li ssemmew hawn fuq huma biss ftit ezempji.

Bhala kummissjoni festa nistennew u nappellaw ghal aktar koperazzjoni maghna ghaliex l-apatija taqta’ qalb dak li jkun – sakemm ma ssibx min jahdem kontina wkoll. Nittama li dan il-kliem ma jaqax fuq widnejn torox. Il-hidma taghna b’risq il-festa hija matul is-sena kollha u x-xoghol mhux zghir. U fuq kollox il-bieb taghna huwa miftuh ghal dawk kollha ta’ rieda tajba – nittama li kulhadd jaqa’ f’din il-kategorija.

Hadd u xejn mhu se jaqtalna qalbna milli nkomplu nahdmu ghal din il-festa tant ghaziza ghalina.

Insellem lil kulhadd.

 

Ghinuna biex inkunu aktar b'sahhitna... is-sema ccara u qbadna ritmu tajjeb.

 

Zgur li hadd mid-dilettanti tal-festa taghna ma kien ottimist fuq il-futur tal-festa taghna daqs xahar ilu. Il-maltemp li kien ghaddej minn fuqna ma kienx zghir u facilment stajna bqajna idejna f'idejna. Imma bl-ghajnuna t'Omma taht it-titlu ta' Fatima, jidher illi l-maltemp ghaddha u issa nistghu nibdew nahdmu aktar b'mohhna mistrieh. Mhux ghax m'ghadx fadal problemi tafux ... imma zgur li ppreparati tajjeb hafna illi nilqghu ghal kull problema li tinqala'.

 X'gara kulhadd jaf u zgur illi m'hemmx bzonn illi nerggha nirrepetieh hawn. Nghid biss illi fl-ahhar qieghed jirrenja is-sens komun u l-id tal-hbiberija. Fl-ahhar mill-ahhar minn dan kollu zgur illi se tibbenifika l-festa taghna u l-parrocca taghna. Dan ma jfissirx li xi hadd jew xi grupp rebah u xi hadd jew xi grupp tilef. Xejn minn dan. Rebhet il-festa u rebah kulhadd, anki dawk illi ghadhom ihossuhom eskluzi, li nerggha nghid - il-bieb ghadu miftuh.

Issa l-kumitat qieghed jiffunzjona u nista' nghid illi qbadna ritmu tajjeb hafna li anki ahna stess ma konniex qed nistennew. Diga' bdejna attivitajiet godda u aktar gejjin fil-futur biex mhux dejjem nibqghu norganizzaw l-istess affarijiet u dawn se jibdew ivarjaw skond iz-zmien tas-sena. Ghajnuna qed tasal ukoll u dan qed jimliena bil-kuragg biex nahdmu aktar u aktar.

Huwa l-ghan taghna illi nkunu hafna qrib il-parruccani taghna matul is-sena kollha biex dawn ikunu infurmati b'dak kollu li jkun ghaddej .... fl-ahhar mill-ahhar il-festa mhux taghna izda taghhom ukoll.

Qed nirsistu hafna biex l-festa taghna ikollha l-identita' partikolari taghha u diga' qieghdin f'diskussjonijiet avanzati biex jigu ntodotti attivitajiet innovattivi ghaz-zmien tal-festa filwaqt illi l-progetti ta' l-armar qed nahdmu fuqhom biex ma jibqawx fuq il-karta izda jibdew jitgawdew waqt il-granet tal-festa taghna. J'Alla nibqghu ghaddejin b'dan ir-ritmu li qbadna (daqqa t'id l-ahwa ma taghmilx hazin) halli nlestu dak kollu li ippjanajna u ghadna qed nippjanaw.

GHANDNA HAFNA POZITTIV u ejjew halli nkomplu nibnu fuqu ghax b'hekk biss jista' jkollna rizultati tajbin.

Hemm il-hsieb, anzi nistghu nghidu li daqt jibda, li jerggha jinghaqad is-SOTTO-KUMITAT tan-nisa fi hdan il-Kummissjoni Festa, wara assenza ta' bosta snin.Diga' kien hemm bosta nisa, hafna minnhom se jibdew jaghtu daqqa t'id ghall-ewwel darba, li offrew l-ghajnuna taghhom. Anki dan ikompli jaghtina spinta biex ahna, li fuqna taqa' hafna mir-responsabbilta' tal-festa, inkomplu nharsu 'l quddiem u naghmlu dak l-isforz biex il-festa taghna tikber u tkun xi haga li tghaqqadna bhala pjetanizi.

Marija, GRAZZI talli bl-ghajnuna tieghek, ghaddejna dan iz-zmien b'wicc il-gid u nitolbuk zomm idejk fuqna f'dak kollu li naghmlu b'risq il-festa lilek iddedikata.

Insellem lil kulhadd.

 

Hawn min ma jhobbx il-festa?! - 29 t'Awissu 2009

Nixtieq naghmilha cara mill-ewwel illi fil-kitba t’hawn taht m’ghandi lil hadd jew ebda hekk imsejjah grupp partikolari f’mohhi. Qieghed nikteb b’mod mill-aktar generali.

 

Kulhadd jaf b’dak li nqala fil-laqgha generali u anki fil-jiem u fil-granet ta’ wara. Min inaqqas bicca, min izid bicca, min jaghmel verzjoni ghalih u li tkun iddoqq sabih ghal widnejh u ghal dawk li jifmuha bhalu, min jakkuza lil siehbu b’nuqqas t’irgulija  jew li ma jhobxx il-festa u hafna aktar. Insomma babilonja shiha ta’ hsibijiet imzewwqa fil-kliem … xi drabi xejn kumplimentuz. Min jattakka lil dak jew lil dawk, min igorr fuq l-iehor jew l-ohra jew l-ohrajn. Jiddispjacini, iva s’hemm wasalna – li nattakkaw lil xulxin f’isem il-festa taghna.

 

Hallejt ftit taz-zmien jghaddi mhux ghax ma xtaqtx illi nikteb dak iz-zmien, imma ghaliex hallejt l-ilma jiccara ftit u forsi dak li jkun jibda jirrealizza illi hsara biss qed naghmlu. Nittama illi ma jkunx hawn min jghid illi ergajt ftaht il-ferita… certament illi mhux l-ghan tieghi.

 

Fuq kollox dak illi ittamajna, fost l-ohrajn illi l-laqgha generali saret kmieni sabiex il-kumitat ikun jista’ jibda jiffunzjona kemm jista’ jkun kmieni ma sehhx minhabba dak illi inqala'. Dan ghaliex fic-cirkustanzi prezenti kellna noqghodu nsolvu l-problemi li nqalghu qabel m’ahna stajna nibdew nippreparaw ghas-sena d-diehla. Nittama illi dak kollu li gara ma jaffettwax b’mod negattiv l-andament tal-festa taghna, anzi nittama li dak li nqala’ iservina ta’ taghlima ghall-futur. Zgur illi mhux se nkun jien li nipponta lejn xi hadd partikolari…  jien dejjem nghid illi kulhadd huwa bzonnjuz u kulhadd kapaci jaghti xi haga lill-festa … min jaghti sehem kbir u min jaghti sehem zghir, kulhadd kemm jiflah. Min hu kapaci ghal haga u min hu kapaci ghal ohra. U DAK IS-SABIH TAL-FESTA. Li x-xoghol kollu ta’ kulhadd jinghaqad flimkien biex il-festa ma tkun nieqsa minn xejn. L-ghan huwa komuni ghal kulhadd … is-sabih tal-festa taghna u  dak irid jahdem ghalih KULHADD u FLIMKIEN.

Xi haga li ntqalet dan l-ahhar u li hija interessanti  kienet ‘Importanti li nigbdu l-istess habel imma importanti aktar li nigbdu l-habel mill-istess naha’.

Hbieb, ftit aktar maturita’u tolleranza, l-ewwel wiehed jiena, u nergghu kif konna qabel, anzi inkunu aktar b’sahhitna.

Naghlaq fuq nota pozittiva hafna. Ilbierah kellna laqgha tal-kumitat tajba hafna. Qbilna fuq hafna affarijiet u jidher car illi kif jghidu l-inglizi 'we mean business'. Dan b'ebda mod ma jfisser illi ma giex apprezzat ix-xoghol kollu li sar fis-snin l-imghoddija .. xejn min dan .. anzi f'isem kulhadd nghid GRAZZI mill-qalb lil kull min hadem b'mod jew iehor ghall-festa ghaziza ghalina. Jidher illi se nibdew nirrankaw sewwa fil-hidma taghna. Nistennew illi kull min ghandu ghal qalbu l-festa taghna jaghti dik id-daqqa t'id tant mehtiega. Hbieb, intenni ghal darb'ohra - il-bieb miftuh ghal kulhadd, anki wara dak illi gara dan l-ahhar. Forsi iebsa ghal uhud, imma ninsab cert illi il-festa hija ghal qalbna ilkoll kemm ahna u lkoll inhossuna parti mis-success ta' kull festa. Nassigurakom illi dak illi nkiteb, kemm pozittiv kif ukoll negattiv, hadna nota tieghu u anki s-suggerimenti illi jaslu minn zmien ghall-iehor ma jaqghux fuq widnejn torox. Bil-mod u bl-ghajnuna ta' kulhadd u specjalment bl-ghajnuna t'Ommna Marija, nahdmu tajjeb u fuq kollox ninghaqdu aktar bejnietna.

VIVA L-GHAQDA TA' BEJNIETNA

VIVA L-FESTA TAGHNA

VIVA L-PATRUNA TAGHNA L-MADONNA TAR-RUZARJU TA' FATIMA. 

 

Insellem lil KULHADD.

 

L-ERBGHA 29 TA' LULJU - JUM IMPORTANTI GHALINA D-DILETTNATI

 

Nhar l-Erbgha li gej ssir il-laqgha generali tad-dilettanti tal-festa taghna li fiha jinhatar il-kumitat il-gdid illi se jkun qieghed jiehu hsieb l-organizzazzjoni tal-festa ghas-sentejn li gejjin.

Huwa jum importanti hafna ghalina ghaliex mhux biss se jigi ffurmat il-kumitat il-gdid, izda aktar minn hekk irridu nfasslu pjan kif u x'se naghmlu f'dawn is-sentejn. Dan wara li nkunu ghamilna 'post-mortem' tal-festa li ghaddiet u naraw fejn morna tajjeb u fejn morna hazin.

Minn issa nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha illi fis-sentejn li ghaddew kienu jiffurmaw parti mill-kumitat. Prosit u grazzi tax-xoghol illi ghamiltu. Jidher illi hemm minnhom illi mhux se jibqghu jiffurmaw parti mill-kumitat izda hemm ukoll nies godda illi se jidhlu. Minn issa wkoll nixtieq il-hidma t-tajba lill-kumitat il-gdid.

J'Alla jintlahaq l-iskop ta' din il-laqgha generali ghaliex l-ghan ewlieni mhux illi jinhatar il-kumitat il-gdid, izda li ahna d-dilettanti  naraw kif nistghu ntejbu l-livell tal-festa taghna. Dan jista' jsir BISS jekk ilkoll naghtu s-sehem taghna matul is-sena kollha u billi meta nahdmu ghall-festa ndahhlu f'mohhna li l-ewwel u l-uniku interess huwa li l-festa taghna tmur 'l quddiem u tikber u xejn aktar. Jien dejjem nghid li l-hsibijiet jistghu jkunu differenti imma l-iskop huwa dejjem wiehed u uniku - il-gid tal-festa ghaziza taghna.

Punt iehor illi nixtieq inressaq illum huwa l-fatt illi KULL DILETTANT huwa fl-obbligu li jaghtu sehemu u mhux il-membri tal-kumitat biss. Huwa veru li hafna mir-responsabbilta' taqa' fuqhom imma mhux fuqhom biss. Kemm hi kerha meta tisma xi dilettant jghid 'jien mhux fil-kumitat', jigifieri m'ghandhiiex ghalfejn nahdem ghall-festa.Hbieb il-festa hija taghna LKOLL ghalhekk id-dmir li nahdmu ghall-festa huwa taghna LKOLL.

Dan l-ahhar kont qieghed naghmel lista ta' nies illi fil-passat kienu jaghtu daqqa t'id. Jekk dawk in-nies jergghu jithajjru jigu, flimkien man-nies li qed jaghtu s-sehem taghhom fil-prezent, ikollna aktar sahha, aktar hidma u x-xoghol jitqassam ahjar u nemmen illi r-rizultat finali jkun hafna ahjar. Konvint illi bil-kelma t-tajba dan jista' jsehh u perswaz illi se jsehh. Ghandna forza umana illi mhux naghmlu uzu minnha, forza unama li tista' taghti daqqa t'id biex ntejjbu l-livell tal-festa taghna. Nittama illi l-membri l-godda tal-kumitat li se jinhatar nhar l-Erbgha jahdmu fuq dan ukoll.

Nhar l-Erbgha nistenna li kull min ghandu ghal qalbu l-festa jattendi u jiehu sehem.

Aktar tard, il-gimgha d-diehla wkoll, niltaqghu ghat-tieni attivita' - BBQ fuq iz-zuntier tal-knisja.

Insellem lil kulhadd u narakom l-Erbgha.

 

ILLUM IT-TIELET DEHERA ..... u dan is-sit elettroniku ghalaq sitt xhur.                                             13 ta' Lulju 2009

 

 Illum tahbat it-tielet dehera tal-Madonna gewwa Fatima. Awguri lill-parruccani kollha specjalment lid-dilettanti tal-festa.

 Dan ifisser illi l-festa taghna ilha li ghaddiet xaharejn, jew ahjar illi fadal ghaxar xhur ghall-festa tas-sena d-diehla. Hawn min jarhom hafna ... imma ghal min hu mpenjat bhalna fit-thejjija tal-festa, ghaxar xhur huma ftit ..... ghax ix-xoghol xi jsir huwa hafna. Ma rrid nanticipa xejn imma jkolli nghid illi verament ghaxar xhur huma ftit. Ix-xoghol beda diga' bhalma bdew ukoll l-attivitajiet ta' fund rainsing. Niehu l-opportunita' biex nistedinkom thallu l-25 ta' dan ix-xahar liberu halli lkoll nattendu l-attivita' ta' fund raising illi se ssir dak inhar.

Qed isiru ukoll it-thejjijiet biex jinhatar il-kumitat tal-festa li jmiss..... nassigurakom illi se tkun sena impenjattiva hafna u ..... ghalissa xejn aktar.

Illum jahbat ukoll gheluq is-sitt xahar minn meta infetah dan is-sit elettroniku. Nittama li issodisfa l-aspettattiva taghkom. Min naha taghna ppruvajna naghmlu l-ahjar li nistghu. Hasra li bhala site ma tiflahx hafna affarijiet f'daqqa imma nahseb illi ghandna biex inkunu kuntenti li ghandna sit elettroniku tajjeb u aggornat.

Il-guestbook. Dan l-ahhar kien hemm minn kollox fuqu. Ippruvajt innehhi entries illi ma kienux jixirqu lil dan is-sit imma sfortunatament kellna l-hsara u kien biss illum illi stajt innehhi dawk il-kummenti. Mhux se noqghod niggudika tort ta' min ... min jaf l-istorja kollha facilment jista' jibdeb konkluzzjoni gusta. Anzi irnexieli nnehhi xi kummenti bla ma deheru ghaliex verament kienu degratanti, specjalment minn inhawi ohra.

Minn issa 'l quddiem mhux se nittollera dawn il-hnizrijiet. Min irid imaqdar il-festa taghna, anki jekk m'ghandhomx ghalfejn, imaqdarha fis-sit tieghu. Kif dejjem nghidu .. kritika kostrittiva naccettawha, imma kritika ingusta LE. Ahna kuntenti bil-festa zghira taghna, se nibqghu nahdmu ghall-festa taghna u l-ebda kritika mahmuga mhu se ttellifna milli nkomplu nahdmu b'risq din il-festa tant ghaziza ghalina.

INSELLEM LIL KULHADD  inkluz lil dawk illi f'dawn l-ahhar jiem ghajjruna, maqdruna, ikkritikawna u offendewna. Ejjew nahdmu lkoll flimkien halli r-risposta mhux naghtuha miktuba imma naghtuha mahduma w min jaf x'se jsir jaf x'qed nghid

 

Ghal min hu veru dilettant tal-festa ..... il-festa mhux ghaddiet imma il-festa gejja............ it-tieni parti                                                                        23 ta' Gunju 2009

 Issa li kollox jinsab f'postu wara l-festa nahseb illi ta' min jaghmel daqsxejn ta' 'Post Mortem'. Naraw ilkoll flimkien fejn morna tajjeb, halli nzommu t-tajjeb li kellna u preferibbilment intejjbuh, naraw fejn stajna morna ahjar u nibdew nippjanaw minn issa halli s-sena li gejja ma jkollniex l-istess problemi.

Xi haga pozittiva li diga' harget hija li din is-sena se jsiru diversi attivitajiet fis-Sajf illi qabel ma kienux isiru. Kif ghidt drabi ohra, dawn l-attivitajiet iservu biex minbarra li nigbru l-fondi tant mehtiega, inzommu kuntatt haj bejnietna matul is-sena kollha u anki mal-parruccani taghna u mad-dilettanti li jigu minn lokalitajiet ohra.

Ikun hafna zbaljat dak li jghid 'fadal sena'. Festi zghar bhal taghna trid tahdem hafna aktar minn festi stabbiliti u kull gurnata tiswa mitqlu deheb. MINN ISSA irridu nibdew nippjanaw x'se naghmlu s-sena li gejja, inhejju pjan kif se nigbru l-flus mehtiega (u hawn tajjeb illi naghmlu evalwazzjoni tajba kif se jsir il-gbir fit-toroq fost l-ohrajn) u fejn ikun possibli jibda x-xoghol illi hemm bzonn li jsir biex ma nhallux ghall-ahhar. Jien nemmem, u nahseb illi hawn uhud illi jaqblu mieghi, li dak li tista' taghmel illum thallihx ghal ghada.

Jekk il-Bambin irid, nhar is-Sibt nibdew b'attivitajiet - nittama li nkunu numeruzi biex imbaghad niltaqghu halli neleggu l-membri li se jkunu jiffurmaw il-kumitat ghall-festi tas-sentejn li gejjin.

Fuq nota kompletament personali. Jien nixtieq kieku kull dilettant jidhol f'xi sotto-kumitat halli jkollna aktar sahha. Nemmen illi mhux xi haga impossibli u kull min verament ghandu ghal qalbu l-festa taghna nemmem illi ghandu jiehu din l-istedina bis-serjeta'.

Jista' jkun illi jkollna opinjonijiet diversi imma kif dejjem nghid - L-GHAN GHANDU JIBQA' UNIKU - IL-GID TAL-FESTA TANT GHAZIZA GHALINA.

Insellem lil KULHADD

 

Ghaddiet festa ohra ...... success bhal dejjem ..... G R A Z Z I

Nghid il-verita'  din is-sena kont ftit imbezza' illi se nbatu aktar mis-soltu. Kellna wisq affarijiet kontrina, bosta attivitajiet kulturali bhan-Notte Gozitana, zewg festi tajbin fl-istess gurnata, il-loghoba tal-Premier li kellha tiddeciedi min se jirbah il-league din is-sena, ninsabu f'nofs kampanja elettorali u aktar.

Imma b'wiccna minn quddiem nghidu li minkejja kull diffikulta' reggha kellna festa mill-isbah u festa success .... anzi meta tqis ic-cirkustanzi kollha ikolli nghid illi s-success kien akbar minn tas-soltu. Stennejna li nbatu fl-attendenza tan-nies u jkolli nammetti illi l-Gimgha stajna morna ahjar, imma s-Sibt u specjalment il-Hadd filghaxija waqt il-purcissjoni l-attendenza kienet wahda tajba hafna u nkoragganti.

Jimliena bil-kuragg il-fatt illi l-parruccani ppartecipaw hafna ..... kienu hafna dawk illi zejnu l-gallerija taghhom, kienu hafna illi accettaw illi jitfghu l-karti waqt il-marci u l-purcissjoni, kienu hafna illi ppartecipaw b'mod attiv u hadu pjacir maghna. Dan ma jfissirx illi ma fadalx x'naghmlu, lanqas xejn. Irridu, bhala Kummissjoni Festa u bhala dilettanti tal-festa, inkunu qrib il-parruccani taghna matul is-sena kollha u nzommu kuntatt kontinwu maghhom ghaliex is-success tal-festa jiddependi minnhom ukoll.

Issa li ghaddiet festa ohra, festa success, wara li niehdu ftit tal-misteieh misthoqq wara tant u  tant hidma, irridu nibdew nirrankaw ghall-festa tas-sena d-diehla. Din is-sena irridu nisfruttaw is-Sajf ghaliex hafna drabi mhux nuzaw dan iz-zmien ta' vaganzi bil-ghaqal.

Jidher illi ghandna pedamenti sodi bizzejjed biex nibdew mill-ewwel fuq sieq tajba. Ejja halli nippjanaw x'nistghu naghmlu ... u flimkien, nerggha nghid flimkien zgur li kapaci naghmlu affarijiet kbar..... akbar milli ghamilna din is-sena.

Grazzi hbieb ghax il-festa tfisser tbatija imma naf illi kulhadd jahdem bil-qalb. Forsi jkollna hsibijiet jew idejat li mhux dejjem jaqblu imma l-ghan huwa wiehed ... is-success tal-festa tant ghaziza ghalina.

Prosit hbieb ghaliex tassew jisthoqqilkom.

Awguri hbieb ..... minn issa ghall-hidma li se taghmlu ghall-festa tas-sena d-diehla.

GRAZZI MARIJA talli tajtna l-opportunita' nifirhu u inferrhu f'ismek. Zomm idejk fuqna u fuq il-familji taghna u fuq il-parruccani taghna sakemm terggha tohrog tberikna fit-toroq tal-parrocca fis-16 ta' Mejju tas-sena d-diehla.

Insellem lil kulhadd

 

IL-FESTA T-TAJBA - IT-TIENI PARTI

 Illum naghtu bidu b'mod estern ukoll ghac-celebrazzjonijiet illi qed naghmlu f'gieh il-Madonna taht it-titlu tar-Ruzarju ta' Fatima.

Tahbat ukoll il-gurnata meta l-provincja dumnikana qed tiltaqa' - u ghal min hu bhalna dan jaf li jista' jfisser xi tibdil.

G R A Z Z I

 MILL-QALB ..... lil dawk li ilhom sena shiha jahdmu bla heda biex wasalna sal-gurnata ta' llum, uhud minnhom ilhom zmien twil jahdmu wara l-kwinti minghajr hadd ma jaf. Min b'mod u min b'iehor ...... imma KOLLHA ghall-istess ghan .... min jigbor ghall-festa, min jiehu hsieb l-armar, min jarma fit-toroq, minn jiehu hsieb l-attivitajiet ta' fund raising, min jiehu hsieb il-riklami, min jiehu hsieb is-Santwarju mill-isbah taghna ....... insomma KULHADD. Il-lista hija twila hafna u impossibli li nsemmi lil kulhadd. Ghalhekk niXtieq nirringrazzja lil KULHADD.

                   ...... lil dawk illi offrew l-ghajnuna finanzjarja taghhom. Kif kulhadd jaf ghall-festi bhal taghna hija bicca wgiegh ta' ras kbira biex jingabru l-finanzi mehtiega.

                   ...... lil dawk il-parruccani illi ghadhom juru fiducja fina. Il-partecipazzjoni taghkom zammitna ghaddejjin, specjalment fiz-zmien iebes illi ghaddejna minnu din is-sena.

                  ...... lil dawk illi ma jharsux lejna mil-lenti s-sabiha. Iva anki lilkom nghidu grazzi ghaliex anki jekk ma tghinux ( u xi drabi tgergru fil-konfront taghna) intom sfida ghalina biex naghmlu minn kollox biex nattirawkom.

                  ...... lil dawk illi xi darba jew ohra kienu jigu jaghtu daqqa t'id u issa m'ghadhomx jersqu lejna.  Se nikkommettu ruhna li naghmlu minn kollox biex tergghu tigu 'l ura maghna u b'hekk inkabbru l-lista tad-dillettanti. Holma li tista' ssir realta'......... li xi darba ninghaqdu d-dilettanti kollha ........ kieku naghmlu festa ferm u ferm akbar.

                 ....... grazzi lil dawk li (ha nghidha kif inhossha)  ma jahmlux il-festa taghna. u lilna d-dilettanti jarawna (u ha nerggha nghidha kif inhossha) z-zibel tal-parrocca........... nittama li tiftakru li ahna umani wkoll, bit-tajjeb u bil-hazin kollu taghna. Il-BIEB TAGHNA MHU MAGHLUQ GHAL HADD U NITLOBKOM TAGHMLU SENA MAGHNA BIEX TKUNU TAFU KEMM SAGRIFICCJI IRIDU JSIRU BIEX NAGHMLU L-FESTA.

 

 GRAZZI FUQ KOLLOX LILL-OMMNA MARIJA, GHALIEX MINKEJJA N-NUQQASIJIET KOLLHA TAGHNA (L-EWWEL WIEHED JIEN) ZAMMITNA TAHT IL-KURA TAGHHA MATUL IS-SENA LI GHADDIET.

 

 INSELLEM LIL KULHADD U AWGURI GHALL-FESTA QADDISA, DEVOTA, HELWA U SABIHA U GHALIEX LE .... FIC-COKON TAGHNA NAGHMLU FESTA KBIRA.

 P.S.     Fuq nota personali : ikollna diversi diskussjonijiet matul is-sena u ikun hemm drabi fejn ma naqblux u nispiccaw nillekitaw ghax kulhadd jahseb illi l-ideja tieghu tkun l-ahjar wahda ghall-gid tal-festa taghna. Jekk xi hadd , hu min hu, ihoss illi jien inqastu, nitlob skuza. Zgur li ma kienitx l-intenzjoni tieghi li nonqos mir-rispett lejn xi hadd, hu min hu.

Naghlaq bi kliem li smajt u li nemmen fih :  Li wiehed jirrikonoxxi l-izball tieghu mhux att ta' djufija anzi huwa att t'irgulija.

 

Il-festa t-tajba

 

Illum il-13 ta’ Mejju, il-jum illi l-knisja ddedikatu lill-Ommna Marija taht it-titlu ta’ Fatima. Jigifieri ahna, bhala parrocca, illum ghandna il-festa liturgika taghna. Izda l-parruccani taghna meta jisimghu l-kelma festa, jifmhu l-festa tradizzjonali li ssir lejn l-ahhar ta’ Mejju jew il-bidu ta’ Gunju fil-lokalita’ taghna. Hija hasra illi huma hafna dawk illi ma jaghtux l-importanza misthoqqha lil dan il-jum illi fih nfakkru l-ewwel dehera tal-Madonna lit-tlett itfal ta’ Fatima.

 

Din il-gurnata theggigna u tqarribna hafna lejn il-festa taghna, li se tiftah nhar is-Sibt li gej billi l-vara sabiha taghna titpogga fil-post prominenti fil-knisja biex ingawduha sakemm tintemm il-festa taghna. Imbaghad wara l-funzjoni fil-knisja niltaqghu bhala familja biex naghtu bidu b’mod socjali wkoll ghall-gimgha tal-festa.

 

Minn hawn nixtieq inheggeg lill-parruccani taghna u lid-dilettanti tal-festi biex jigu jaqsmu il-ferh  maghna kemm waqt il-funzjonijiet fil-knisja kif ukoll f’dak kollu li ppreparat il-Kummissjoni Festa. Hija hasra illi tant sagrificcji li ghamlu d-dilettanti tal-festa matul is-sena u x-xoghol kollu li qed isir bhalissa jintilef f’certa apatija li mhux lakemm tkissirha fil-parrocca taghna. Hemm bzonn illi nheggu aktar nies ihosssuhom parti integrali mill-parrocca u jibdew ihossu bhalna illi l-festa ta’ G’Manga hija l-festa taghhom.

 

Issa li hareg il-ktejjeb tal-festa u bdiet l-ahhar gabra nixtieq nappella lil kulhadd biex jaghti offerta tajba ghaliex l-ispejjes huma kbar, minkejja li l-festa hija meqjusa zghira.

Hija bicca wgiegh ta’ ras kbira sakemm jingabru l-fondi kollha mehtiega, kemm ghaliex il-parrocca taghna mhux daqstant numeruza u anki ghaliex ghad fadal hafna illi sfortunatament ma jaghtux dik ix-xi haga li ghalina tfisser hafna. Kieku kulhadd joffri d-donazzjoni tieghu kieku zgur illi mmorru hafna ahjar u nkunu nistghu nippjanaw hafna ahjar.

 

Waqt li qed issir hidma tant kbira fit-toroq taghna b’risq il-festa, nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehemu biex sar ix-xoghol kollu mehtieg. Mhux se nsemmi ismijiet biex ma ninsa lil hadd imma zgur li kulhadd hadem mill-qalb biex stajna naghmlu l-festa. Ikun hemm persuni li x-xoghol taghhom jidher u jkun hemm hafna ohrajn illi jkunu qed jahdmu fil-kwiet. Dawn kollha jisthoqqilhom kull tifhir. Kuragg….. jekk ninghaqdu aktar f’hidma wahda b’risq il-festa taghna nghaddu dan iz-zmien iebes u nikbru fin-numru ta’ dilettanti li jaghtu sehemhom u zgur illi l-parruccani taghna jibdew jirrikonoxxu dan.

 

Fil-granet tal-festa se nipprova naghmel kemm jista’ jkun aggornamenti ta’ dak kollu li jkun qieghed isehh. Qed nitlob biex kull min ikollu xi ritratti jghaddihomli halli nkunu nista’ naghmilhom f’dan is-sit. Nirrigrazzjakom ta’ l-ghajnuna taghkom.

 

F’dan il-jum iddedikat lilek Marija, harisna matul il-hidma taghna b’risq il-festa li ahna b’tant imhabba se naghmlu ad unur tieghek.

 

 

Insellem lil kulhadd.

 

 

Dak li tahsad tizra....                      22 t'April 2009

 Iz-zmien dahal gmielu u beda joqrob sewwa z-zmien illi jsir il-hsad tax-xoghol kollu li ghamilna matul is-sena li ghaddiet, mill-ahhar festa ‘l hawn.

 

In-nies tghid x’qed jistennew? Tghid se nilhqu l-aspettattiva tal-parruccani u ta’ dawk illi jigu ghall-festa taghna?

 

Nahseb illi se jkollna bizzejjed biex naghmlu festa tajba mhux hazin u dan minkejja l-bosta qtiegh il-qalb li kellna din is-sena.

 

Hemm bzonn li kif  tghaddi din il-festa, ningabru u nitkellmu bejnietna d-dilettanti, biex nindirizzaw il-problemi u naraw kif se nsolvuhom mhux b’mod temporanju izda nahsbu ghal soluzzjonijiet fit-tul. Nahseb illi idejat godda illi jaghtu l-frott mixtieq ghandna kemm irridu. Li hemm bzonn hija aktar determinazzjoni, anqas biza’ u li nahtfu kull opportunita’ li tigi jew ahjar illi jirnexxielna noholqu.

 

Ewlenin fost il-problemi …. u din ilna nghiduha s-snin, hija minn fejn se ngibu l-finanzi. Irridu nwarrbu dak kollu li ma rrendiex fil-passat u nahsbu f’soluzzjonijiet ohra. Ma nistghux nibqghu nibzghu ‘nirriskjaw’. Ma nistghux nibqghu nahlu z-zmien tas-Sajf illi fih jistghu jsiru bosta attivitajiet illi jhallu l-qliegh. Ma nistghux nibqghu nittamaw fil-gbir bieb bieb. Irridu nkunu innovattivi u nohorgu b’idejat godda.

 

Issa suppost illi bdiet tinhass il-hegga li l-festa tinsab hekk fil-qrib. Kemm qed nittrasmettuha lil haddiehor din il-hegga? Kemm qed inkunu ambaxxaturi tal-festa taghna?

 

Nitlob lill kulhadd jinghaqad f’dan i-zmien ta’ xoghol volontarju, biex il-hidma ta’ kulhadd taghtina sodisfazzjon illi tkun ghaddiet festa ohra b’wicc il-gid u flimkien, nerggha nghid ilkoll flimkien, nibdew nippjanaw ghall-festa ahjar is-sena d-diehla.

 

Naqhlaq dan l-editorjal billi nitlob lil Ommna Marija tieqaf maghna f’dak kollu li se naghmlu f’dawn il-gimghat li gejjin.

 

 

 

Insellem lil kulhadd.

Dalwaqt                             14 t'April 2009

 

Nibda biex inhegeg lil kulhadd jippartecipa fil-Pasta Night li se ssir fil-25 ta' dan ix-xahar. Din l-attivita' se ssir fi zmien meta l-festa tkun tassew fil-qrib u allura l-hegga tkun akbar, anki f'dawk il-persuni li ghal xi raguni jew ohra naqsu li jkunu attivi matul is-sena. 

 Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd. Gimgha wara gimgha, ghaddiet kwazi sena ohra ghalina d-dilettanti tal-festa. Hekk kif jghaddu l-festi tal-Gimgha Mqaddsa insibu ruhna fl-aqwa tal-preparamenti tal-festa taghna.

Ikolli nghid illi din is-sena ma kienitx xi wahda facli fejn tidhol il-festa taghna ghaliex, kif ghidt bosta drabi f'editorjali ohra, id-diffikultajiet li kellna din is-sena ma kienux zghar. Imma xorta wahda ninsab cert illi se jkollna festa tajba. Dan se jsehh ghaliex ghal certi nuqqasijiet illi se jkollna, uhud minnhom gew imposti fuqna, hsibna biex inpattu ghalihom b'affarijiet ohra. Ghalissa xejn aktar dettalji imma zgur li se jkollna biex niehdu pjacir u fuq kollox biex naghtu pjacir.

Issa l-preparamenti jaqdbu ritmu aktar b'sahhtu u hawnhekk nerggha nappella lil dawk kollha li jistghu jaghtu daqqa t'id biex ma jibqghux 'l ura milli jaghtu l-ghajnuna taghhom.

Bhala armar, wara xi snin weqfin, se nkomplu nsebbhu aktar toroq b'armar mill-isbah. Hawnhekk se jkollna xi haga innovvativa ukoll. Min hadem fuq din il-bicca xoghol, illum setgha jara din l-opra kwazi lesta minn kollox.

Bhala nar kellna ftit diffikultajiet mhux hazin minhabba l-permessi. Se naghmlu dak illi nistghu biex ikollna akkumpanjament adegwat matul il-jiem tal-festa.

Bhala baned qed nikkonkludu l-ahhar preparamenti biex inzidu fuq il-briju tas-sena li ghaddiet, fejn nahseb illi kellna l-ahjar marc tal-Gimgha fl-ahhar snin u nahseb illi ghandna biex inkomplu nkabbruh u naghmluh ahjar din is-sena.

Kien hemm aktar diffikultajiet imma ninsab cert illi, anki minn wara l-kwinti, kien hemm min sar jaf b'dawn il-diffikultajiet u hadem biex tinstab soluzzjoni halli b'hekk ma nnaqsux mill-livell tal-festa anzi bil-hidma li saret nahseb illi se nkunu ahjar.

Kieku kulhadd wera l-hegga tad-dilettant ta' veru, kieku din is-sena konna mmorru hafna ahjar. Nahseb illi l-hegga tad-dilettant ta' veru, jekk xejn, se tiswa biex aktar nies jaghtu sehemhom fil-futur.

Dan is-sit elettroniku se jkun qed izomm lil kulhadd aggornat f'dawn l-ahhar gimghat ta' qabel il-festa. Nixtieq nappella min issa biex il-guestbook inhalluh nadif minn kull kumment mhux f'postu, anki fil-konfront ta' festi ohra. Ejjew ha nahdmu, ejjew ha niehdu pjacir u naghtu pjacir, minghajr ma mwegghu b'ebda mod lil haddiehor.

Nawgura l-hidma t-tajba lil kulhadd. Il-Madonna ta' Fatima tharisna matul dawn l-ahhar gimghat qabel ma niccelebraw il-festa ad unur Taghha.

 

INSELLEM LIL KULHADD.

 

Il-hmar il-maghkus idur ghalih id-dubbien .... bahrin tal-bnazzi jew .........                            

 

Fid-dinja hemm hafna affarijiet illi m’hemmx spjegazzjoni ghalihom, jissejhu sopranaturali jew fit-terminu religjuz jissejhu misteri.

Ikolli nghid illi l-festa taghna, b’mod partikolari din is-sena, ghandna hafna minn dawn. U se nispjega. Nittama li ma nigiex ittimbrat bhala aggressiv jew xi haga ohra imma dak t’hawn taht hija biss l-verita’ sagrosanta.

Kif tista’ tispjega l-fatt illi hemm min johrog b’idejat tajbin kif nistghu ntejbu l-festa taghna, specjalment il-qaghda finanzjarja illi qieghdin fiha u ssib min jaghlaq il-bieb. Forsi ahna konservattivi? Imma zgur illi indunajna illi bil-mod konservattiv taghna mhux se mmorru ‘l quddiem. It-tajba hi li dawn l-inizzjattivi gew adattati minn ghaqdiet ohra u diga’ qed jiehdu l-frott minnhom. Imma ahna LE ..... ahna konservattivi u nippreferu nitqammlu u nibqghu ngibu ruhna ta’ l-imsieken. U din il-bicca xoghol grat diversi drabi matul din is-sena.

Kif tista’ tispjega l-fatt illi wara li tkun ittiehdet l-inizjattiva li ssir xi haga li minnha jkun se jsir qliegh ghall-festa ...... imbaghad hemm uhud illi jibzghu jdahhlu idejhom fil-but halli johorgu s-sehem taghhom .... sehem illi jkunu huma stess intrabtu li jidhlu ghalih? Nissogra nghid illi ssib hafna aktar rispons pozittiv  minn persuni li mhux parruccani taghna (uhud minnhom lanqas biss tinteresshom ebda festa, lanqas tar-rahal taghhom)imma uhud minnha mdahhla fil-festa jaqbadhom il-bard meta naslu ghll-hlas.

Kif tista’ tispjega l-fatt illi jsir ftehim li se ssir attivita’ ta’ fund raising ghall-festa imbaghad, wara li kollox ikun ippreparat, issib li jkun hemm ghaqda ohra fil-parrocca li tkun ghamlet manuvra minn wara dahar kulhadd u taghmel l-istess attivita’ bi qliegh ghaliha? Forsi l-barka tkun giet minn fuq!!

Kif tista’ tispjega l-fatt illi l-ftit ghajnuna li kellna minn barra l-parrocca minn dawk illi jghidu li jhaddnu l-istess principji taghna, din is-sena offrew biss l-loqom?  Min jaf ..... forsi hawn jirbah il-proverbju malti li jghid ‘Alla jaghlaq bieb u jiftah mija’. Iebes imma nahseb illi hawn ta’ min jiftakar fi proverbju iehor li jghid : ghajn ghal ghajn u sinna ghal sinna.

Ahjar nieqaf hawn. Nahseb illi min hu dilettant tal-festa taghna jaf x’jien nghid u ghal xhiex qed nirreferi. Dawk li ma jafux nghidilhom illi ahjar iqumu naqra fuq taghhom ghax inqatghu mir-realta’ li qed iddawwar il-festa taghna.

Hbieb, iz-zminijiet inbiddlu u ahna rridu ninbidlu maghhom. Ma nistghux nibqghu marbuta mal-mazzra konservattiva, nuru kuragg u nbiddlu fejn hemm bzonn illi jinbidel qabel ma jkun tard wisq.

KURAGG ... Ejja ma nkunux bahrin tal-bnazzi, imxammru l-kmiem u naghmlu x-xoghol illi hemm mehtieg li jsir biex wara l-passjoni li ghaddejjin minnha bhalissa, nirxuxtaw.

 

INSELLEM LIL KULHADD.

 Ghada jibda xahar importanti ghalina            31 ta' Marzu 2009

Illum jispicca x-xahar ta' Marzu u ghada jibda x-xahar t'April - xahar importanti hafna ghalina ghaliex jibdew jintesifikaw il-preparamenti ghall-festa taghna li mbaghad issir ix-xahar ta' wara. Dan apparti li, bhala nsara, niccelebraw l-akbar festa tal-Knisja.

Kif ghidt diga', April huwa xahar illi fih jibdew johorgu l-arbli, nibdew naraw il-festuni, tinhareg il-liedna w l-pavaljuni mill-post fejn jinzammu matul is-sena u hafna u hafna xoghol iehor. Fi ftit kliem, il-preparamenti jkunu fl-aqwa taghhom.

Dan ix-xahar, lilna d-dilettanti, suppost illi jimliena b'hegga w jheggigna biex inxammru l-kmiem u naghmlu x-xoghol tant bzonnjuz, anki jekk matul is-sena nkunu traskurajna xi ftit jew tkun naqset fina dik il-hegga ta' veru dilettanti. Ghax ta' min jghid illi d-dilettant mhux dak illi jitfacca fl-ahhar ftit gimghat jew granet ta' qabel il-festa, ghalkemm dawn il-persuni ghandna bzonnhom ukoll.

Id-dilettanti ta' veru huma dawk il-persuni li jhossu l-festa s-sena kollha w jahdmu ghaliha bla heda. Nahseb illi s-sodisfazzjon ghal dawn in-nies ikun ferm akbar matul il-granet tal-festa.

Inhoss illi l-festa li gejja se tkun festa 'transitorja' li fiha se nzommu dak it-tajjeb kollu li ghamilna fil-passat filwaqt illi qed nibnu (almenu hekk nittama) l-futur tal-festa taghna ghas-snin li gejjin. Ta' min jghid illi matul din is-sena ltqajna ma bosta diffikultajiet illi mhux la kemm tghid illi jigu solvuti. Xi ftit jew wisq se jaffettwawna, imma fl-istess waqt nghid illi xorta se jkollna festa ta' livell tajjeb. Minkejja dawn id-diffikultajiet, xorta rnexxielna nziedu l-armar taghna ... apparti xoghol iehor li se jitgawda fil-granet tal-festa.

Naghlaq b'appell  li nittama li ma jaqax f'widnejn torox. Issa se jibda s-sabih tal-festa imma fl-istess hin se jibda l-iebes. Kuragg hbieb ... flimkien kapaci naghmlu festa li taghmel unur lilna, taghmel unur lill-parrocca taghna w fuq kollox taghti gieh lill-Ommna Marija taht it-titlu tar-Ruzarju ta' Fatima.

PS. Fuq tema kompletament differenti ..... it-tim tal-Pieta' Hotspurs jinsab f'pozizzjoni tajba illi jikseb il-promozzjoni ghall-Premier Division. Nawguraw illi dan isehh halli fil-gimgha tal-festa jkollna aktar celebrazzjonijiet u ferh.

INSELLEM LIL KULHADD

Nifs gdid .... skop wiehed .... success akbar.

                                                                                                 9 ta' Frar 2009

Tghidux li jien nara kbir, jew li qed nghodd il-flieles qabal ma jfaqqsu. Tghidux li jien ottimist hafna. Lanqas li qed nghajjat vittorja qabel iz-zmien. Xejn minn dan.

Ghandi konvinzjoni li jien cert minnha. U bhal ma qsamna z-zmien mhux daqstant sabih flimkien, daqstant iehor nixtieq illi naqsmu z-zmien sabih flimkien. X'differenza minn ftit gimghat ilu, meta hafna minnha konna qisna bdejna naqtghu qalbna li se nergghu nqumu fuq saqajna. X'differenza mill-apatija li konna dhalna fiha sa ftit gimghat ilu.

Iva hbieb, ergajna qomna u jidher car illi qomna bil-kbir. X'kuragg tidhol fil-guestbook u taqra kummenti pozittivi. X'kuragg li fil-guestbook issib il-kliem 'iva jien se nerggha nibda nidher u nahdem'. X'differenza li fil-guestbook tara l-kliem 'iva ejja ha nigbdu habel wiehed ghax l-iskop huwa wiehed'. U fuq kollox x'differenza  bdejna nwettqu dak li espremejna bil-kliem.

Kemm hu sabih illi barra dawk li kienu diga' jahdmu b'risq il-festa, tfaccaw ohrajn illi b'xi mod jew iehor se jibdew jaghtu s-sehem siewi taghhom. Hafna qed niehu pjacir illi jekk ma serva ghal xejn, dan is-sit qed iservi biex nikkomunikaw bejnietna, naqsmu l-hsibijiet taghna w bil-hidma taghna nwettquhom ghal gid tal-lokalita' taghna, tal-komunita' taghna u ghal-festa taghna.

L-imhabba kbira li kull wiehed u wahda minnha ghandna lejn din il-festa tant ghaziza ghalina, ghelbet kull ostaklu, inkluz l-aktar wiehed iebes - is-suppervja.

GRAZZI hbieb u ghandna ghalfejn nirringrazzjaw lil xulxin li ergajna nistghu nsejhu lilna nfusna DILETTANTI TA' VERU. Qatt ma kelli qalbi maqtugha li mhux se nghelbu l-problemi li kellna. Meta kulhadd jaghti s-sehem tieghu u jahdem bil-qalb, is-success ikun garantit u jkun SUCCESS AKBAR U ISBAH.

Mela ejjew hbieb, kulhadd imidd ghonqu ghax-xoghol ghax iz-zmien diehel sewwa u ghalkemm hsibna ftit tard, ninsab cert illi se nergghu naghmlu festa ohra sabiha lill-Ommna tas-Sema taht it-titlu TAR-RUZARJU TA' FATIMA.

Ejjew hbieb insarrfu f'success il-hidma ta' kulhadd maqghud flimkien. Irnexxielna nergghu nibnu pedementi sodi ghall-futur. Grazzi lil kull min qed jahdem. Cert illi fadal aktar minn jinghaqad maghna izda cert ukoll illi se nkomplu nizdiedu fin-numru. Intenni dak illi ghidt ma nafx kemm drabi ohra - Il-bieb miftuh ghal kulhadd.

Fuq  kollox GRAZZI MADONNA talli bl-ghajnuna tieghek ergajna ngbarna lkoll taht il-mant tieghek. Zommna taht il-harsien tieghek waqt din il-hidma volontarja taghna. Kif kien qal l-mahbub Arcisqof taghna, il-festa ghalina huwa mezz iehor li nuruk li nhobbuk.

Insellem lil kulhadd.

 

EDITORJAL                                                                 13 ta’ Marzu 2009.

 

ZGUR LI HEMM BZONN T’AKTAR HEGGA.

 

 

Dan is-sit eletroniku llum dahal fit-tieni xahar tieghu. Nistqarr maghkom illi permess ta’ dan is-sit, iltqajt ma hafna nies illi ghandhom interess, jew ahjar jghidu li ghandhom interess, fil-festa taghna.

 

Izda tinduna min ikun qed juri interess ghax veru jahdem u jixtieq illi l-festa tmur ‘l quddiem,  filwaqt illi hemm  min jghid hekk u imbaghad bil-fatti jaghmel mod iehor. Bhallikieku ghal min hu dilettant ta’ veru l-festa tfisser dik il-gimgha tal-festa BISS.

 

Kontra qalbi nghidhom certi affarijiet imma dawn huma affarijiet illi tarhom u thosshom. Hemm min hu tassew biered anki jekk iqis ruhu dilettant, anzi biex inkun qed nghid kollox, nahseb illi ahna ghandna numru mhux hazin minn dawn. Imbaghad tarhom fi zmien il-festa w tahseb illi matul is-sena ta’ wara jkunu se jaqilbu kull m’hemm bix-xoghol. X’ma nbatux biex norganizzaw il-festa! Ghaliex sewwa jghid il-malti “Bejn il-kliem u l-fatti hemm bahar jikkumbatti”.

 

Sakemm imbaghad ma jkunux dawn l-istess nies illi jikkritikaw kull haga li ssir. Le hbieb GHANDNA BZONN TA’ HAFNA AKTAR HEGGA u nuru li verament ahna dilettanti tal-festa zghira taghna. Inhalli lil kulhadd jigbed il-konkluzzjonijiet tieghu.

 

Illum se nieqaf hawn ghax nahseb illi m’hemmx bzonn t’aktar kliem.

 

Minn issa nawgura l-hidma t-tajba lil dawk illi se jkomplu jaghmlu s-sagrifficji biex issir il-festa w lil dawk illi jidhlu fil-kategorija ta’ nies li hemm bzonn juru aktar hegga, nawguralhom li jinghaqdu ma dawk illi diga’ jahdmu b’tant hegga ghall-festa ad unur il-Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima.

 

Il-festa ta’ din is-sena tinsab wara l-bieb u minghajr tlaqlieq ta’ xejn nghid illi din il-festa se ssir ghaliex kien hemm il-ftit li pattew ghan-nuqqas ta’ hegga tal-hafna.

 

 

 

Insellem lil kulhadd.

Editorjal

Ma nistrihux fuq success ta' darba.                          6 ta' Marzu 2009

Ghaddiet gimgha mill-Pasta Night success illi kellna is-Sibt li ghaddha. Nistqarr maghkom illi kont ili ftit mhux hazin ma nara daqshekk entuzjazmu fid-dilettanti taghna. U dak sinjal pozittiv hafna. Nahseb illi kienu hafna dawk li ntebhu illi kien hemm ucuh godda maghna. U dan jimliena bil-kuragg ghall-futur. Nahseb illi kulhadd hareg sodisfatt ghaliex kellna 'team work' tajjeb hafna li ssarraf f'attivita' success.

Tkellimna bejnietna d-dilettanti u jidher car illi ghandna pedamenti sodi bizzejjed biex nibnu l-futur tal-festa ghaziza taghna. Kulhadd jaghti s-sehem tieghu ghal ghan wiehed.Min b'mod u min b'iehor, anki jekk mhux dejjem naqblu fl-idejat kollha li johorgu.

Issa ghandna impenji ohra quddiemna, issa se jibda l-iebes. Iz-zmien qed jaghfas u l-festa qieghda wara l-bieb. Diga' sar hafna xoghol imma fadal hafna u hafna aktar xi jsir. Ara ma nistrihux fuq success ta' darba w nahsbu li kollox ward u zahar. Kull hidma li trid issir minn issa 'l quddiem trid issir bl-istess impenn tas-Sibt li ghaddha halli tissarraf f'success bhas-Sibt li ghaddha. Problemi dejjem se jkollna naffaccaw, anki peress illi ahna festa meqjusa zghira, imma nemmem illi jekk ninghaqdu kif konna fl-ahhar attivita' u nahdmu bl-istess impenn, nghelbu kull problema u nergghu, ghal sen'ohra, naghmlu festa tajba ad unur Ommna l-Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima.

Ghal darb'ohra, filwaqt illi naghti l-prosit lil kull min hadem ghall-attivita' tas-Sibt li ghaddha, nappella ghal aktar ghajnuna mill-parruccani, specjalment issa li dalwaqt jibda x-xoghol fuq barra. Hija hidma li se twassalna ghall-gimgha tal-festa, fejn ahna d-dilettanti, u nittama li hafna parruccani jinghaqdu maghna, nahsdu l-frott ta' sena hidma.

Min ma jiehux gost bit-toroq tal-parrocca mzejjna hekk sabih? Min ma jiehux pjacir bis-Santwarju imzejjen hekk sabih ghall-festa? Min ma jiehux pjacir bil-funzjonijiet fil-knisja, bil-baned, bin-nar u b'dak kollu li jsir? Il-hidma u s-sagrifficji taghna lkoll flimkien tissarraf f'dak il-gost.

Nittama li narawk tipprepara maghna ghall-festa w li maghna tgawdi l-frott ta' sena hidma.

Insellem lil kulhadd.

Ghaddiet gimgha mill-Pasta Night success illi kellna is-Sibt li ghaddha. Nistqarr maghkom illi kont ili ftit mhux hazin ma nara daqshekk entuzjazmu fid-dilettanti taghna. U dak sinjal pozittiv hafna. Nahseb illi kienu hafna dawk li ntebhu illi kien hemm ucuh godda maghna. U dan jimliena bil-kuragg ghall-futur. Nahseb illi kulhadd hareg sodisfatt ghaliex kellna 'team work' tajjeb hafna li ssarraf f'attivita' success.

Tkellimna bejnietna d-dilettanti u jidher car illi ghandna pedamenti sodi bizzejjed biex nibnu l-futur tal-festa ghaziza taghna. Kulhadd jaghti s-sehem tieghu ghal ghan wiehed.Min b'mod u min b'iehor, anki jekk mhux dejjem naqblu fl-idejat kollha li johorgu.

Issa ghandna impenji ohra quddiemna, issa se jibda l-iebes. Iz-zmien qed jaghfas u l-festa qieghda wara l-bieb. Diga' sar hafna xoghol imma fadal hafna u hafna aktar xi jsir. Ara ma nistrihux fuq success ta' darba w nahsbu li kollox ward u zahar. Kull hidma li trid issir minn issa 'l quddiem trid issir bl-istess impenn tas-Sibt li ghaddha halli tissarraf f'success bhas-Sibt li ghaddha. Problemi dejjem se jkollna naffaccaw, anki peress illi ahna festa meqjusa zghira, imma nemmem illi jekk ninghaqdu kif konna fl-ahhar attivita' u nahdmu bl-istess impenn, nghelbu kull problema u nergghu, ghal sen'ohra, naghmlu festa tajba ad unur Ommna l-Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima.

Ghal darb'ohra, filwaqt illi naghti l-prosit lil kull min hadem ghall-attivita' tas-Sibt li ghaddha, nappella ghal aktar ghajnuna mill-parruccani, specjalment issa li dalwaqt jibda x-xoghol fuq barra. Hija hidma li se twassalna ghall-gimgha tal-festa, fejn ahna d-dilettanti, u nittama li hafna parruccani jinghaqdu maghna, nahsdu l-frott ta' sena hidma.

Min ma jiehux gost bit-toroq tal-parrocca mzejjna hekk sabih? Min ma jiehux pjacir bis-Santwarju imzejjen hekk sabih ghall-festa? Min ma jiehux pjacir bil-funzjonijiet fil-knisja, bil-baned, bin-nar u b'dak kollu li jsir? Il-hidma u s-sagrifficji taghna lkoll flimkien tissarraf f'dak il-gost.

Nittama li narawk tipprepara maghna ghall-festa w li maghna tgawdi l-frott ta' sena hidma.

Insellem lil kulhadd.

L-importanza ta' PRO

                                                                                                                                                18 ta’ Frar 2009

 

 

 

Huwa fatt sagrosant illi ahna m’ahniex meqjusa bhala xi festa mill-kbar. Huwa fatt sagrosant illi ahna ghandna l-limitazzjonijiet taghna. Imma daqstant iehor huwa sagrosant il-fatt illi mhux nisfruttaw il-potenzjal taghna f’hafna affarijiet.

 

Illum nixtieq niffoka fuq il-Public Relations Officer jew ahjar kif inhu maghruf il-PRO.

 

Nibqa’ immeraviljat kif certi festi irnexxielhom ibieghu l-prodott taghhom. Tiftah il-gazzetti u ssib riklami ta’ kull attivita’ li jkunu se jaghmlu. U wara li ssir issib artiklu fuq dak li jkun gara. Tiftah ir-radju w tisma spots b’attivitajiet li jkunu se jsiru b’risq xi festa jew ohra. Tiftah magazines u ssib l-istess haga. U dan mhux qed insemmghu diversi ‘features’ li jigu ppublikati fil-gazzetti minn zmien ghall-iehor dwar xi festa partikolari.

 

U nistaqsi jien. Possibli m’ghandniex prodott tajjeb bizzejjed illi nistghu nirreklamawh? Zgur li ghandna affarijiet li ma ssibhomx f’kull festa ta’ kull rahal jew belt. Possibli li kull festa ghandha l-‘waterfall’ bhal taghna? Possibli kull festa ghandha drapp mill-isbah bhal taghna? Possibli kull festa ghandha knisja mzejna sabih ghall- festa bhal taghna? Possibli m’ghandniex il-hila nirreklamaw dan? Possibili m’ghandniex il-hila li nigbdu turisti lejn il-festa taghna?

 

Le hbieb ….. nemmem illi nistghu naghmlu aktar milli qed naghmlu f’dan il-qasam. Minghajr ma nonqos mir-rispett lejn il-PRO li qed jokkupa l-kariga fil-prezent, inhoss illi ghandna bzonn nahdmu hafna aktar fuq dan. Ghandna festa li ghalkemm hija zghira ma jonqosha ebda element u naghmlu attivitajiet diversi li nistghu nirreklamawhom. Ghandna materjal bizzejjed biex mhux faccata wahda ta’ gurnal nimlew imma hafna aktar.

 

U xi nghidu dwar l-internet? Nahseb illi anki hawn ghandna fejn nimirhu. Ghall-grazzja t’Alla ghandna site tajba li qed nibnuha flimkien u qed ingawduha flimkien. Imma irridu nisfruttawha biex nigbdu aktar dilettanti jaghtu s-sehem taghhom u biex aktar dilettanti minn lokalitajiet ohra jigu ghal festa taghna.

 

Nittama li fil-futur qarib nibdew naghtu kaz dan il-qasam ukoll ghax zgur li jiswa ta’ gid ghall-festa taghna.

 

Niehu l-opportunita’ biex nifrah lid-dilettanti ta’ l-armar taghna illi fethu site taghhom www.grupparmartafatima.webs.com, site li ghad qed tinbena imma li se tkompli tkabbar il-festa taghna w li sservi biex nilhqu aktar dilettanti tal-festi mxerrdin ma kullimkien, inkluz barra xtutna.

 

 

 

 

Insellem lil kulhadd.

Fejn hi l-id tal-Hbiberija?                            

                                                                                                      5 ta' Frar 2009 

Halli naghmilha cara mill-bidunett - li qed nikteb mhu qed niktbu ghall-ebda persuna partikolari imma nixtieq illi jittiehed mill-perspettiva generali. Kulhadd ghandu t-tajjeb u l-hazin tieghu, l-ewwel wiehed jien. 

L-ahwa ejja ma nizolqux fin-niexef. Ejja nuru li ahna maturi.

L-ghan ta' din is-site, fost affarijiet ohra,  huwa li ninghaqdu u mhux ninfexxu f'xulxin.

GHANDNA BZONN XULXIN. Jien ghidt illi mhux se nnehhi ebda entry mill-guestbook halli kulhadd jghid l-opinjoni tieghu. Imma hbieb ejja nohorgu l-id tal-hbiberija ghal xulxin. Ma nsemmux nies bla bzonn. Niftakru li dan is-site jista' jarah kulhadd u kulhadd ghandu d-dinjita' tieghu. Niehu pjacir iva li jkun hemm opinjonijiet differenti li jigu diskussi bhan-nies, ghaliex minn hekk jista' johrog il-gid.

Ejja halli ma ngerxux nies godda li diga' naf illi jixtiequ jahdmu maghna wara l-festa ta' din is-sena. Daqsxejn rieda tajba w ghandna biex nghaqqdu grupp tajjeb illi jkun l-ghira ta' hafna parrocci ohra u nuru lil kulhadd li nafu nahdmu f'teamwork. Post hemm ghall kulhadd . . .  u 'l kulhadd jinkludi lilek.

Ghall-korrettezza ta' l-argument.... iva nixtieq illi nkunu grupp illi nkunu parti integrali fil-parrocca. U biex inkun gust anki mieghi innifsi, nghid illi tlabt ili jkun hemm artiklu b'tema religjuza f'dan is-site izda s'issa ghadni ma rcevejt xejn. Tlabt anki li ninghatha update ta' l-avvenimenti, grajjiet, anniversarji u attivitajiet tal-parrocca, izda l-istess ghadni b'xejn wara tlett gimghat. Jaslu meta jaslu, jiena ndahhalhom f'dan is-site ghaliex nixtieq li tkun site informattiva u b'temi differenti w li sservi ta' pont bejn il-parruccani u l-parrocca, b'harsa specjali lejn il-festa tant ghaziza ghal kull wiehed u wahda minnha.

 

Nittama li ma jkolliex ghalfejn innehhi xi entry minn gol-guestbook. Dan jiddependi minnha lkoll. Is-success ta' din is-site huwa l-partecipazjoni taghna lkoll. Dan is-site mhux tieghi izda taghna d-dilettanti tal-festa.... u kulhadd irid jibza ghalih.

GRAZZI tal-hbiberija taghkom lejja w GRAZZI tal-hbiberija li nittama li tizdied bejnietna lkoll. Almenu hekk nawgura.

 

Insellem lil kulhadd-

 

KIF JITKEJJEL SUCCESS? 

                                                                                                        7 ta' Frar 2009

Fid-dinja l-aspettattiva tvarja minn persuna ghall-ohra. Anki fi grupp bhall taghna - li jahdem ghall-istess festa jkun hemm aspettattivi differenti u kull persuna jkejjel is-success tal-festa mil-lenti tieghu. Hekk per ezempju, persuna li l-aktar li jiehu pjacir illi jara n-nar, ikejjel is-success tal-festa minn kemm nar ikollna, ohrajn illi jitpaxxew biss jekk ikollna drapp gdid, ohrajn jekk il-knisja tkun ippakkjata bin-nies  u aktar aspetti differenti tal-festa.

Biex izzomm bilanc f'kull lat tal-festa, trid in-nies u trid nies illi jkunu ppreparati tajjeb u li jkunu kommessi ghas-sagrificcju mehtieg. Mill-ahbarijiet illi jasluli minn hin ghall-iehor, minn diversi persuni, jidher car illi hafna persuni qed jithajjru jghinu fil-grupp tal-festa, li kull jum qieghed jikber u jiehu r-ruh. Regghu tfaccaw anki nies illi kienu ilhom snin twal ma jersqu lejn il-mahzen. Hemm anki persuni li se jkunu kompletament godda maghna.

Grazzi ghar-rieda tajba ta' kulhadd, dan il-grupp, zgur li se jikber bizzejjed biex inkunu kapaci nilhqu livell tajjeb f'kull aspett tal-festa, kemm fil-knisja kif ukoll barra.

Kemm hu sabih illi qed nirrealizzaw illi l-ghan taghna huwa komuni ghalina lkoll - IL-FESTA GHAZIZA TAGHNA. Kemm hu sabih illi kulhadd jaghti kull ma jista' u kull ma kapaci jaghti, imbaghad ix-xoghol ta' kulhadd jissarraf f'success kbir. Kemm hu sabih li bil-kelma t-tajba u bir-rieda t-tajba nghelbu l-egoizmu taghna u naraw x'jaqbel ghall-festa b'mod generali.

Kuragg. Iz-zmien iebes ghaddha. Konna wasalna f'xifer l-irdum li nitilfu kollox. Imma l-imhabba li ghandna lejn il-festa taghna zgur li qatt ma tippermetti li jigri dan. Il-futur zgur li se jkun hafna isbah mill-passat recenti .... ghax hemm ir-rieda minn kulhadd li jkun hekk. Iz-zmien difficli li ghaddejna jahti ghalih kulhadd, bhalma l-hidma kbira li qed issir bhalissa (u nittama li tkompli) hija mertu ta' kulhadd.

VIVA L-GHAQDA TA' BEJNIETNA LI SE TWASSALNA GHAL HIDMA KBIRA B'RISQ IL-FESTA TAGHNA. MADONNA TA' FATIMA ZOMMNA TAHT GHAJNEJK WAQT IL-HIDMA TAGHNA.

 

Insellem lil kulhadd-

Nifs gdid .... skop wiehed .... success akbar.

                                                                                                 9 ta' Frar 2009

Tghidux li jien nara kbir, jew li qed nghodd il-flieles qabal ma jfaqqsu. Tghidux li jien ottimist hafna. Lanqas li qed nghajjat vittorja qabel iz-zmien. Xejn minn dan.

Ghandi konvinzjoni li jien cert minnha. U bhal ma qsamna z-zmien mhux daqstant sabih flimkien, daqstant iehor nixtieq illi naqsmu z-zmien sabih flimkien. X'differenza minn ftit gimghat ilu, meta hafna minnha konna qisna bdejna naqtghu qalbna li se nergghu nqumu fuq saqajna. X'differenza mill-apatija li konna dhalna fiha sa ftit gimghat ilu.

Iva hbieb, ergajna qomna u jidher car illi qomna bil-kbir. X'kuragg tidhol fil-guestbook u taqra kummenti pozittivi. X'kuragg li fil-guestbook issib il-kliem 'iva jien se nerggha nibda nidher u nahdem'. X'differenza li fil-guestbook tara l-kliem 'iva ejja ha nigbdu habel wiehed ghax l-iskop huwa wiehed'. U fuq kollox x'differenza  bdejna nwettqu dak li espremejna bil-kliem.

Kemm hu sabih illi barra dawk li kienu diga' jahdmu b'risq il-festa, tfaccaw ohrajn illi b'xi mod jew iehor se jibdew jaghtu s-sehem siewi taghhom. Hafna qed niehu pjacir illi jekk ma serva ghal xejn, dan is-sit qed iservi biex nikkomunikaw bejnietna, naqsmu l-hsibijiet taghna w bil-hidma taghna nwettquhom ghal gid tal-lokalita' taghna, tal-komunita' taghna u ghal-festa taghna.

L-imhabba kbira li kull wiehed u wahda minnha ghandna lejn din il-festa tant ghaziza ghalina, ghelbet kull ostaklu, inkluz l-aktar wiehed iebes - is-suppervja.

GRAZZI hbieb u ghandna ghalfejn nirringrazzjaw lil xulxin li ergajna nistghu nsejhu lilna nfusna DILETTANTI TA' VERU. Qatt ma kelli qalbi maqtugha li mhux se nghelbu l-problemi li kellna. Meta kulhadd jaghti s-sehem tieghu u jahdem bil-qalb, is-success ikun garantit u jkun SUCCESS AKBAR U ISBAH.

Mela ejjew hbieb, kulhadd imidd ghonqu ghax-xoghol ghax iz-zmien diehel sewwa u ghalkemm hsibna ftit tard, ninsab cert illi se nergghu naghmlu festa ohra sabiha lill-Ommna tas-Sema taht it-titlu TAR-RUZARJU TA' FATIMA.

Ejjew hbieb insarrfu f'success il-hidma ta' kulhadd maqghud flimkien. Irnexxielna nergghu nibnu pedementi sodi ghall-futur. Grazzi lil kull min qed jahdem. Cert illi fadal aktar minn jinghaqad maghna izda cert ukoll illi se nkomplu nizdiedu fin-numru. Intenni dak illi ghidt ma nafx kemm drabi ohra - Il-bieb miftuh ghal kulhadd.

Fuq  kollox GRAZZI MADONNA talli bl-ghajnuna tieghek ergajna ngbarna lkoll taht il-mant tieghek. Zommna taht il-harsien tieghek waqt din il-hidma volontarja taghna. Kif kien qal l-mahbub Arcisqof taghna, il-festa ghalina huwa mezz iehor li nuruk li nhobbuk.

Insellem lil kulhadd.

Fil- hlewwa ta' Mejju   -  1 ta' Mejju 2009

Kif ahna hbieb dilettanti tal-festa? Nittama li tinsabu tajbin fil-bidu ta' dan ix-xahar li ilna nistennewh u nahdmu ghalih is-sena kollha.

Iva wasal ix-xahar illi fih niccelebraw, ghall-41 darba il-festa taghna. Hawn min jghidilha festa zghira, hawn min jghidilha festa helwa, hawn min jghidilha festa ...., imma zgur li lkoll nghidu li hija festa ghal qalbna u ghaziza ghalina.

U dan naghmluh ghaliex inhossuna parti minn din il-festa, ghaliex nahdmu ghaliha, ghaliex nahsbu fiha u naghtu l-kontribut taghna biex din il-festa devota tkun success.

Ix-xoghol ta' kull dilettant issa johrog fil-berah halli jitgawda. Nittama li jkunu hafna, specjalment il-parruccani taghna, li jippartecipaw fil-jiem tal-festa illi dalwaqt ingawdu flimkien. Min issa nawgura l-festa t-tajba lil kulhadd, anki jekk fadal hafna xoghol xi jsir sakemm tasal dik il-gurnata illi l-istatwa sabiha taghna iddur mat-toroq tal-parrocca.

Fadlilna l-ahhar problemi xi nsolvu ... u nahseb illi tafu ghaliex qed nikteb hekk (peress illi ma kellniex problemi bizzejjed din is-sena bhallikieku!!). Imma issa jrid johrog il-karattru kuragguz taghna.

Ghalissa nieqaf hawn.

Il-hidma t-tajba lil dawk kollha li issa waslu biex jahsdu l-frott ta' sena sagrificcji.

Lill-parruccani generuzi taghna nappellalhom biex waqt l-ahhar gabra ikunu generuzi kemm jistghu halli nsolvu ftit mill-ispejjez kbar li kellna. Perswaz illi r-rispons se jkun wiehed pozittiv ghaliex jafu kemm hdimna biex din il-festa tqum fuq saqajha aktar minn qatt qabel.

Insellem lil kulhadd

 

Wasalna biex nghalqu xahar

                                                                                                     11 ta’ Frar 2009

 

Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd. Jumejn ohra u dan is-sit elettroniku taghna ikun ilu xahar.

 

Irrid nghid illi fih rabta biex izzommu aggornat u kif suppost. Bnejnieh ftit ftit u b’tali mod illi jkun fih minn ftit minn kollox – ritratti recenti u ohrajn antiki, opinjonijiet differenti, tema religjuza w harsa lejn il-futur fost l-ohrajn. Kulhadd ghandu jsib xi haga li tinteressah.

 

Kollox idur ma haga wahda – il-festa taghna. Il-festa religjuza taghna (ghalhekk hemm it-tema religjuza) li sawruha ta’ qabilna (ghalhekk hemm is-sezzjoni tal-passat), li qed naghmluha ahna li llum qed nahdmu b’risq il-festa (ghalhekk hemm ir-ritratti recenti) u l-festi li se naghmlu fil-futur (ghalhekk hemm ritratti ta’ dak illi se naghmlu ghall-futur). Issib ritratti ta’ nies illi hadmu ghaliha fil-passat u li whud minnhom m’ghadhomx maghna, issib ritratti ta’ nies illi qed jaghtu s-sehem taghhom bhalissa w anki ta’ dawk illi nittamaw li ghada pitghada jkunu huma li jmexxu w jahdmu ghall-festa taghna.

 

Dan is-sit elettroniku ghamilnieh success ilkoll flimkien. Kieku ma kienitx ghall-hidma u l-ghajnuna ta’ kulhadd zgur li ma kienx ikollna biex nimlewh. Ghalhekk nixtieq nghid GRAZZI mill-qalb li kull min xi darba jew ohra hadem b’risq il-festa. J’Alla lkoll flimkien nibqghu nahdmu w nzommu din il-festa taghna hajja u sabiha.

 

Bi pjacir ninfurmakom illi l-mahbub Arcisqof taghna accetta li jikteb kelmtejn apposta ghal dan is-sit taghna. Nittama li fil-jiem li gejjin ikun nista’ nxandru.

 

Bi pjacir ukoll nghidilkom illi apparti x-xoghol li hemm elenkat fis-sezzjoni ‘opri godda’ fil-photo gallery, se jibda wkoll ix-xoghol fuq sett iehor bandalori.

 

Ftit appelli ta’ l-ahhar –

 

Kull min ghandu xi ritratti, artikli t’interess etc jghaddihomli halli nippubblikawhom. Grazzi bil-quddiem tal-koperazzjoni taghkom.

Heggu lin-nies minn issa biex jattendu l-Pasta Night ta’ hmistax ohra biex filwaqt illi nifirhu flimkien, insahhu l-ghaqda ta’ bejnietna w nkomplu nigbru l-flus li huma tant mehtiega. Nixtieq hafna illi kull dilettant jattendi.

 

Issa nhoss illi m’ghadx hemm bzonn illi l-editorjal jinbidel daqshekk ta’ spiss, kull jumejn. Hadt pjacir hafna hafna li l-editorjali ntlaqghu tajjeb  w l-aktar importanti kien li dak li espremejt, f’isem hafna ohrajn, qed inwettquh u r-rizultati diga’ bdew jidhru.

 

 

 

VIVA L-GHAQDA TA’ BEJNIETNA,

VIVA L-PARROCCA TAGHNA,

VIVA L-PATRUNA TAGHNA

 L-MADONNA TAR-RUZARJU TA’ FATIMA.

 

Insellem lil kulhadd.

Fil- hlewwa ta' Mejju   -  1 ta' Mejju 2009

 

 

 

Kif ahna hbieb dilettanti tal-festa? Nittama li tinsabu tajbin fil-bidu ta' dan ix-xahar li ilna nistennewh u nahdmu ghalih is-sena kollha.

Iva wasal ix-xahar illi fih niccelebraw, ghall-41 darba il-festa taghna. Hawn min jghidilha festa zghira, hawn min jghidilha festa helwa, hawn min jghidilha festa ...., imma zgur li lkoll nghidu li hija festa ghal qalbna u ghaziza ghalina.

U dan naghmluh ghaliex inhossuna parti minn din il-festa, ghaliex nahdmu ghaliha, ghaliex nahsbu fiha u naghtu l-kontribut taghna biex din il-festa devota tkun success.

Ix-xoghol ta' kull dilettant issa johrog fil-berah halli jitgawda. Nittama li jkunu hafna, specjalment il-parruccani taghna, li jippartecipaw fil-jiem tal-festa illi dalwaqt ingawdu flimkien. Min issa nawgura l-festa t-tajba lil kulhadd, anki jekk fadal hafna xoghol xi jsir sakemm tasal dik il-gurnata illi l-istatwa sabiha taghna iddur mat-toroq tal-parrocca.

Fadlilna l-ahhar problemi xi nsolvu ... u nahseb illi tafu ghaliex qed nikteb hekk (peress illi ma kellniex problemi bizzejjed din is-sena bhallikieku!!). Imma issa jrid johrog il-karattru kuragguz taghna.

Ghalissa nieqaf hawn.

Il-hidma t-tajba lil dawk kollha li issa waslu biex jahsdu l-frott ta' sena sagrificcji.

Lill-parruccani generuzi taghna nappellalhom biex waqt l-ahhar gabra ikunu generuzi kemm jistghu halli nsolvu ftit mill-ispejjez kbar li kellna. Perswaz illi r-rispons se jkun wiehed pozittiv ghaliex jafu kemm hdimna biex din il-festa tqum fuq saqajha aktar minn qatt qabel.

Insellem lil kulhadd

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Merhba

Recent Photos

 

Merhba f'din is-sit

Dan is-sit huwa ghal dawk id-dilettanti tal-festi, specjalment dawk li ghandhom ghall-qalbhom il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju (Il-Madonna ta' Fatima).

Recent Videos

Upcoming Events

No upcoming events

Featured Products

No featured products

Recent Forum Posts

No recent posts