Festa Madonna tar-Ruzarju
ta' Fatima

Festa f'qalb il-poplu tal-Pieta'/Gwardamanga

Festa li tant ihobb il-poplu tal-  Pieta'/Gwardamanga ad unur il-Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima.

Il-Festa ghas-sena diehla se tigi ccelebrata il-Hadd 16 ta' Mejju 2010.

Viva il-Patruna taghna.

X'hemm gdid ....

 Editorjal - 28 ta' Dicembru 2009

 Awguri mill-Kummissjoni Festa - Kartolina tal-Milied

APPELL

 

Ghaddej il-gbir mid-djar b'risq il-festa. Dan id-dhul huwa importanti u utli hafna. Nappellaw ghall-generozita' taghkom.

GRAZZI

Newsletter - ir-raba' harga qed titqassam mal-Flimkien

Il-kumitat prezenti haseb illi jzomm kuntatt haj mal-parruccani matul is-sena kollha. Ghal dan il-ghan bdiet titqassam newsletter fid-djar kollha. Min mhux mill-parrocca imma jixtieq kopja huwa mitlub li jikteb lill-PRO fuq fatimafeast@gmail.com. u dan jibghatlu kopj

Peress illi bhalissa l-guestbook qieghed maghluq, min jixtieq jaghmel xi suggeriment etc  ghandu juza' l-e.mail address li ssemma hawn fuq.

Tmiem ta’ sena u bidu t’ohra  ….  Il-festa qed toqrob b’passi mghagglin

 

Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd jghidu. U hekk huwa tassew. Wasalna biex intemmu is-sena li qieghdin fiha, is-sena 2009 u nsellmu flimkien lis-sena 2010.

Qisu lbierah …  dalwaqt dan is-sit elettroniku  jaghlaq sena, ezattament fit-13 ta’ Jannar. Ghazilna din id-data ghaliex it-13 ta’ kull xahar, minn Mejju s’Ottubru, huwa sinonimu mad-dehriet tal-Madonna gewwa Fatima.

Harsa lejn is-sena li ghaddiet bhala dilettanti tal-festa. Kienet sena pjuttost difficli. Ma nafx x’kien fadal jinqala’. Imma ghall-grazzja t’Alla u bl-ghajnuna t’Omma Marija, jidher illi l-kbir ghaddha u ghalkemm xi ftit tal-konsegwenzi ghadhom jinhassu, nahseb illi ghandna biex inkunu sodisfatti illi issa qed niehdu r-ruh. Intenni ghal ma nafx kemm –il darba – fadlilna x’naqdfu u fadlilna lil min nergghu nintegraw maghna. Il-bieb ghadu miftuh u miftuh se jibqa ghax kulhadd ghandu s-sehem tieghu x’jaghti u hadd mhu se jitwarrab.

Harsa lejn is-sena 2010 bhala dilettanti tal-festa - xoghol, xoghol u aktar xoghol, Impenn u responsabbilta’ ghalina lkoll. Il-festa mhux sempliciment attivita socjo-religjuza ghalina d-dilettanti. Hija wkoll responsabbilta' fuq spallejna biex naghmlu l-ahjar festa possibli bil-mezzi illi jkollna, mezzi illi l-bicca l-kbira minnhom jigu minghand il-qalb generuza tal-parruccani taghna u allura kull centezmu irid jintefaq b’responsabbilta’ u bl-ahjar mod possibli.

Hija hasra illi hafna mill-parruccani taghna jhossuhom  sodisfatti biss illi jaghtu dik ix-xi haga tal-flus b’risq il-festa. Il-bqija xejn aktar. Il-festa tista’ ma tigiex u ma jippartecipawx fl-attivitajiet kollha illi jsiru, kemm fil-knisja kif ukoll barra. Hija hasra illi tant u tant sagrificcji ghal uhud ma jfissru xejn. Min bhalna huwa dilettnt tal-festa u jahdem ghall-festa s-sena kollha, il-partecipazzjoni m’hija xejn hlief apprezzament xieraq lejn dan is-sagrificcju illi nkunu ghamilna. Il-festa ma naghmluhiex ghalina, anzi nissogra nghid illi ahna fost l-anqas illi ngawduha ghaliex inkunu inpenjati hafna fl-ahhar jiem. Imma zgur li jkun ta’ sodifazzjon kbir ghalina illi jkun irnexxielna naghmlu festa sabiha u devota lill-Ommna Marija taht it-titlu tar-Ruzarju ta’ Fatima u li dan jigi apprezzat bil-prezenza tan-nies, specjalment tal-parruccani taghna.

Nawgura lil kulhadd is-sena t-tajba u j’Alla is-sena li gejja tkun is-sena fejn ilkoll kemm ahna nhossuna li ghandna niffurmaw parti integrali minn din il-familja li hija l-parrocca taghna u li fis-16 ta’ Mejju u fil-jiem ta’ qabel, niccelebraw festa li hija taghna lkoll. Sakemm tasal dik il-gurnata illi l-istatwa titulari ddur mat-toroq tal-parrocca tbierek il-familji taghna, ghad fadal hafna u hafna xoghol xi jsir b’tant hegga, sagrificcju u dedikazzjoni. Nixtiequk tinghaqad maghna u taghtina daqqa t’id u f’dawk il-jiem nittamaw illi narawk kemm ghac-celebrazzjonijiet illi jsiru fis-Santwarju sabih taghna kif ukoll ghall-manifestazzjonjiet esterni illi jikkumplimentaw dak kollu illi jsir fil-knisja.

 

 Insellem lil kulhadd u nawgura s-sena t-tajba lil kulhadd

 

 

 

Grupp dilettanti ta' Fatima fuq:

 

Dawk li jixtiequ jidhlu membri maghna(Grupp dilettanti ta' Fatima), jistghu jaghmlu dan billi jidhlu fuq il-Facebook jew Hi5 jew it-tnejn li huma u nkunu nistghu nzommu kuntatt  haj flimkien u naqsmu l-idejat taghna.

 

Merhba

Merhba f'din is-sit

Dan is-sit huwa ghal dawk id-dilettanti tal-festi, specjalment dawk li ghandhom ghall-qalbhom il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju (Il-Madonna ta' Fatima).

Upcoming Events

No upcoming events

Featured Products

No featured products

Recent Forum Posts

No recent posts